2. Sabiex tiġi ffaċilitata azzjoni potenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fil-ftehimiet relatati termini kuntrattwali li permezz tagħhom l-azzjonisti, il-kredituri jew il-partijiet għall-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li l-obbligazzjoni tista' tkun soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbutin bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li ssir minn awtorità ta' riżoluzzjoni fl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni b'opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li jikkonferma l-eżegwibilità u l-effettività legali tat-tali termini kuntrattwali.