+Artikolu 47 Setgħa fir-rigward ta' assi, ta' drittijiet, ta' obbligazzjonijiet, ta' ishma u ta' strumenti ta' sjieda oħrajn li jinsabu f'pajjiżi terzi jew irregolati bil-liġi tagħhom
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3

Artikolu 47 Setgħa fir-rigward ta' assi, ta' drittijiet, ta' obbligazzjonijiet, ta' ishma u ta' strumenti ta' sjieda oħrajn li jinsabu f'pajjiżi terzi jew irregolati bil-liġi tagħhom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, f'każijiet li fihom azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tinvolvi t-teħid ta' azzjoni f'dak li jirrigwarda assi li jinsabu f'pajjiż terz jew ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, drittijiet jew obbligazzjonijiet irregolati bil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jesiġu li:

(a)

il-persuna li teżerċita kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva;

(b)

il-persuna li teżerċita l-kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni żżomm l-ishma, l-istrumenti ta' sjieda oħrajn, l-assi jew id-drittijiet jew tirrilaxxa l-obbligazzjonijiet f'isem ir-riċevitur sakemm l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva;

(c)

l-ispejjeż raġonevoli tar-riċevitur korrettament imġarrbin fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) jitħallsu fi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmijin fl-Artikolu 26(5).

Artikolu 47 2

2.   Sabiex tiġi ffaċilitata azzjoni potenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fil-ftehimiet relatati termini kuntrattwali li permezz tagħhom l-azzjonisti, il-kredituri jew il-partijiet għall-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li l-obbligazzjoni tista' tkun soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbutin bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li ssir minn awtorità ta' riżoluzzjoni fl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni b'opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li jikkonferma l-eżegwibilità u l-effettività legali tat-tali termini kuntrattwali.

Artikolu 47 3

3.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li, minkejja l-passi kollha neċessarji meħudin mill-persuna li teżerċita kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1, ikun improbabbli ħafna li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva fir-rigward ta' ċerti assi li jinsabu f'pajjiż terz jew ta' ċerti ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet irregolati bil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bl-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun diġà ordnat l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, dik l-ordni għandha tkun nulla fir-rigward tal-assi, tal-ishma, tal-istrumenti ta' sjieda, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.