+Artikolu 51 Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet tat-terminazzjoni
---+Artikolu 51 1
---+Artikolu 51 2
---+Artikolu 51 3
---+Artikolu 51 4
---+Artikolu 51 5
|
Artikolu 51 Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet tat-terminazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet tat-terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' impriża taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni, dment li jkomplu jitwettqu l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-forniment ta' kollateral.
|
|
Artikolu 51 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet tat-terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' impriża sussidjarja ta' impriża taħt riżoluzzjoni meta tkun tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-obbligi skont dak il-kuntratt ikunu ggarantiti jew ikunu b'xi mod ieħor appoġġati mill-impriża taħt riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
id-drittijiet tat-terminazzjoni skont dak il-kuntratt ikunu bbażati unikament fuq l-insolvenza jew fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
fil-każ ta' setgħa ta' trasferiment li tkun ġiet jew tista' tkun ġiet eżerċitata fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni, jew:
|
(i)
|
l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-impriża sussidjarja marbutin ma' dak il-kuntratt ikunu ġew jew jistgħu jkunu ġew ittrasferiti lir-riċevitur u assunti minnu; jew
|
|
(ii)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħti fi kwalunkwe mod ieħor protezzjoni adegwata għal tali obbligi.
|
|
Is-sospensjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-pubblikazzjoni tal-avviż f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn l-impriża sussidjarja tal-impriża taħt riżoluzzjoni tkun stabbilita fil-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni.
|
|
Artikolu 51 3
|
3. L-ebda sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandha tapplika għal:
|
(a)
|
sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE; jew
|
|
(b)
|
CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 51 4
|
4. Persuna tista' teżerċita dritt tat-terminazzjoni fl-ambitu ta' kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 meta dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità ta' riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:
|
(a)
|
ittrasferiti lil entità oħra; jew
|
|
(b)
|
soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 35(1).
|
|
|
Artikolu 51 5
|
5. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, u fejn ma jkun ingħata l-ebda avviż skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, dawk id-drittijiet tat-terminazzjoni jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 48, kif ġej:
|
(a)
|
meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista' teżerċita dawk id-drittijiet tat-terminazzjoni f'konformità mat-termini ta' dak il-kuntratt biss fuq l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment kontinwat jew sussegwenti ta' infurzar mir-riċevitur;
|
|
(b)
|
meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu mal-impriża taħt riżoluzzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal dak il-kuntratt għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(1), il-punt (a), kontroparti tista' teżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni f'konformità mat-termini ta' dak il-kuntratt mal-iskadenza ta' sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|