|
+ANNESS II DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI |
ANNESS II DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI
ANNESS II DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI I. Skop, persuni responsabbli, informazzjoni minn partijiet terzi, rapporti tal-esperti u approvazzjoni tal-awtorità kompetenti L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tipprovdi informazzjoni dwar il-persuni li huma responsabbli għall-kontenut tad-dokument tar-reġistrazzjoni u li tipprovdi serħan il-moħħ għall-investituri dwar l-akkuratezza tal-informazzjoni żvelata fil-prospett. Barra minn hekk, din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar il-bażi ġuridika tal-prospett u l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti. II. Strateġija, prestazzjoni u ambjent tan-negozju L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiżvela informazzjoni dwar l-identità tal-emittent, in-negozju tiegħu, l-istrateġija tiegħu u l-objettivi tiegħu. Billi jaqraw din it-taqsima, l-investituri għandu jkollhom fehim ċar tal-attivitajiet tal-emittent u tat-tendenzi prinċipali li jaffettwaw il-prestazzjoni, l-istruttura organizzazzjonali u l-investimenti materjali tiegħu. Meta applikabbli, l-emittent għandu jiżvela f’din it-taqsima stimi jew tbassir tal-prestazzjoni tiegħu fil-futur. III. Rapport ta’ ġestjoni, inkluż ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà (titoli ta’ ekwità biss) L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jew tinkorpora b’referenza jew tinkludi l-informazzjoni stabbilita fir-rapporti ta’ ġestjoni u r-rapporti konsolidati dwar il-ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, u fil-Kapitoli 5 u 6 tad-Direttiva 2013/34/UE, għall-perjodi koperti mill-informazzjoni finanzjarja storika inkluż, meta applikabbli, ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. IV. Fatturi ta’ riskju L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiddeskrivi r-riskji ewlenin iffaċċati mill-emittent u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni futura tal-emittent. V. Governanza korporattiva Din it-taqsima għandha tispjega l-amministrazzjoni tal-emittent u r-rwol tal-persuni involuti fil-ġestjoni tal-kumpanija. Għat-titoli ta’ ekwità, barra minn hekk ser tipprovdi informazzjoni dwar l-isfond tal-maniġment superjuri, ir-remunerazzjoni tiegħu u r-rabta potenzjali tiegħu mal-prestazzjoni tal-emittent. VI. Informazzjoni finanzjarja L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jiġi speċifikat liema rapporti finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (għal titoli ta’ ekwità) jew l-aħħar sena finanzjarja (għal titoli mingħajr ekwità) jew tali perjodu iqsar li matulu kien qed jopera fih l-emittent u informazzjoni oħra ta’ natura finanzjarja. Il-prinċipji kontabilistiċi u tal-awditjar li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u fl-awditjar tar-rapporti finanzjarji jiġu stabbiliti f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u tal-awditjar.
A.
Rapporti konsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra.
B.
Bidliet sinifikanti. VII. Informazzjoni dwar l-azzjonisti u d-detenturi tat-titoli Din it-taqsima għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonisti maġġuri tal-emittent, l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali bejn il-maniġment superjuri u l-emittent, il-kapital azzjonarju tal-emittent kif ukoll informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati, proċedimenti ġudizzjarji u ta’ arbitraġġ u kuntratti materjali. VIII. Politika tad-dividendi (titoli ta’ ekwità biss) Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi u kwalunkwe restrizzjoni attwali fuqhom, kif ukoll dwar ir-riakkwisti ta’ ishma. IX. Dokumenti disponibbli L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-dokumenti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni u s-sit web fejn jistgħu jiġu spezzjonati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|