+Artikolu 59 Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 4a.
---+Artikolu 59 5.
|
Artikolu 59 Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2) sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jipprovdu biss is-servizzi msemmija fit-Taqsima C tal-Anness li huma koperti mill-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 59 2.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2) sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw ma’ kull leġislazzjoni preżenti jew futura applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 59 3.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2), sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-kreditu relatati ma’ dawk is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:
(a)
għandha tistabbilixxi qafas robust sabiex tammaniġġja r-riskji ta’ kreditu korrispondenti;
(b)
għandha tidentifika s-sorsi ta’ dawn ir-riskji tal-kreditu, spiss u b’mod regolari, tkejjel u twettaq monitoraġġ tal-iskoperturi korrispondenti tal-kreditu u tuża għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskji sabiex tikkontrolla dawk ir-riskji;
(c)
għandha tkopri bis-sħiħ l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti għall-parteċipanti mutwatarji individwali billi tuża kollateral u riżorsi finanzjarji ekwivalenti oħrajn;
(d)
jekk jintuża kollateral biex jimmaniġġja r-riskju korrispondenti tagħha ta’ kreditu, għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq; tista’ tuża tipi oħra ta’ kollateral f’sitwazzjonijiet speċifiċi jekk jiġi applikat telf impost adatt;
(e)
għandha tistabbilixxi u tapplika limiti konservattivi xierqa ta’ telf impost u konċentrazzjoni fuq valuri tal-kollaterali kostitwiti biex ikopru l-iskoperturi tal-kreditu msemmija fil-punt (c), b’kont meħud tal-objettiv li jiġi żgurat li l-kollateral jista’ jiġi likwidat fil-pront mingħajr effetti negattivi sinifikanti fuq il-prezz;
(f)
għandha tistipula limiti fuq l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti tagħha;
(g)
għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe skopertura tal-kreditu residwa potenzjali, u tadotta regoli u proċeduri biex timplimenta dawn il-pjanijiet;
(h)
għandha tipprovdi kreditu biss lil dawk il-parteċipanti li għandhom kontijiet tal-flus kontanti magħha;
(i)
għandha tipprevedi proċeduri ta’ rimborż effettiv ta’ kreditu ta’ dakinhar u tiskoraġġixxi l-kreditu ta’ matul l-istess jum permezz tal-applikazzjoni ta’ rati ta’ penali li jservu ta’ deterrent adegwat.
|
|
Artikolu 59 4.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2), sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-likwidità relatati ma’ dawk is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:
(a)
għandu jkollha qafas u għodod robusti sabiex tkejjel, timmonitorja u tammaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum, għal kull munita tas-sistema ta’ saldu ta’ titoli li għaliha hija taġixxi bħala aġent tas-saldu;
(b)
għandha tkejjel u twettaq monitoraġġ kontinwament u f’waqtu, mill-inqas kuljum, tal-ħtiġijiet tagħha ta’ likwidità u l-livell tal-assi likwidi li tippossjedi; u meta tagħmel hekk għandha tiddetermina l-valur tal-assi likwidi disponibbli tagħha b’kont meħud tat-telf impost xieraq fuq dawk l-assi;
▼M4
(c)
għandha żżomm riżorsi ta' likwidità kwalifikanti biżżejjed fil-muniti rilevanti kollha għall-forniment ta' servizzi ta' saldu f'waqthom taħt firxa wiesgħa ta' possibbiltajiet potenzjali ta' stress inkluż ir-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta' mill-anqas żewġ parteċipanti, inkluż l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li hija tkun esposta l-aktar għalihom;
(d)
għandha timmitiga r-riskji ta' likwidità korrispondenti b'riżorsi ta' likwidità kwalifikanti f'kull munita rilevanti bħal flus kontanti fil-bank ċentrali tal-ħruġ u f'istituzzjonijiet finanzjarji li jgawdu affidabbiltà kreditizja oħrajn, linji ta' kreditu marbutin jew arranġamenti simili u kollateral jew investimenti likwidi ħafna li jkunu disponibbli minnufih u li jistgħu jiġu konvertiti fi flus kontanti permezz ta' arranġamenti minn qabel u arranġamenti għal finanzjament affidabbli ħafna, anke f'kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli u għandha tidentifika, tkejjel u twettaq monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità tagħha li jiġi mid-diversi istituzzjonijiet finanzjarji użati għall-ġestjoni tar-riskji ta' likwidità tagħha;
(e)
meta jintużaw arranġamenti ta' finanzjament prestabbiliti u affidabbli ħafna, linji impenjati ta' kreditu jew arranġamenti simili, hija għandha tagħżel biss istituzzjonijiet finanzjarji b'affidabbiltà kreditizja bħala fornituri ta' likwidità; għandha tistabbilixxi u tapplika limiti ta' konċentrazzjoni xierqa għal kull wieħed mill-fornituri ta' likwidità korrispondenti inkluż l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
▼B
(f)
għandha tiddetermina u tivverifika jekk ir-riżorsi korrispondenti humiex biżżejjed permezz ta’ ttestjar tal-istress regolari u rigoruż;
(g)
għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe nuqqas mhux previst u potenzjalment mhux kopert fil-likwidità, u tadotta regoli u proċeduri sabiex timplimenta dawn il-pjanijiet;
(h)
fejn ikun prattiku u disponibbli, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-bank ċentrali, għandu jkollha aċċess għall-kontijiet tal-bank ċentrali u servizzi oħra tal-bank ċentrali biex issaħħaħ il-ġestjoni tagħha tar-riskji ta’ likwidità u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni għandhom jiddepożitaw il-bilanċi tal-flus kontanti korrispondenti f’kontijiet dedikati f’banek ċentrali emittenti tal-Unjoni;
▼M4
(i)
għandu jkollha arranġamenti prestabbiliti u affidabbli ħafna biex tiżgura li tista' tikkonverti fil-ħin il-kollateral ipprovdut lilu minn klijent inadempjenti fi flus kontanti u fejn jintużaw arranġamenti mhux impenjati, jistabbilixxi li kwalunkwe riskju potenzjali assoċjat ġie identifikat u mmitigat;
▼B
(j)
għandha tirrapporta regolarment lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 60(1), u turi lill-pubblikut kif tkejjel, twettaq monitoraġġ u timmaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum.
|
|
Artikolu 59 4a.
|
Meta CSD ikun biħsiebu jipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju lil CSDs oħra skont l-Artikolu 54(2a), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), is-CSD għandu jkollu fis-seħħ regoli u proċeduri ċari li jindirizzaw kwalunkwe riskju potenzjali ta' kreditu, likwidità u konċentrazzjoni li jirriżulta mill-forniment ta' dawk is-servizzi.
|
|
Artikolu 59 5.
|
F'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-membri tas-SEBĊ, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dettalji tal-oqfsa u l-għodod għall-monitoraġġ, il-kejl, il-ġestjoni, ir-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika tar-riskji tal-kreditu u l-likwidità, inkluż dawk li jseħħu matul l-istess jum, imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, kif ukoll ir-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4a. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, meta jkun xieraq, għandu jiġi allinjat mal-istandards tekniċi regolatorji adottati f'konformità mal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|