|
+Artikolu 59 4. |
Artikolu 59 4.Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2), sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-likwidità relatati ma’ dawk is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:
(a)
għandu jkollha qafas u għodod robusti sabiex tkejjel, timmonitorja u tammaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum, għal kull munita tas-sistema ta’ saldu ta’ titoli li għaliha hija taġixxi bħala aġent tas-saldu;
(b)
għandha tkejjel u twettaq monitoraġġ kontinwament u f’waqtu, mill-inqas kuljum, tal-ħtiġijiet tagħha ta’ likwidità u l-livell tal-assi likwidi li tippossjedi; u meta tagħmel hekk għandha tiddetermina l-valur tal-assi likwidi disponibbli tagħha b’kont meħud tat-telf impost xieraq fuq dawk l-assi;
(c)
għandha żżomm riżorsi ta' likwidità kwalifikanti biżżejjed fil-muniti rilevanti kollha għall-forniment ta' servizzi ta' saldu f'waqthom taħt firxa wiesgħa ta' possibbiltajiet potenzjali ta' stress inkluż ir-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta' mill-anqas żewġ parteċipanti, inkluż l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li hija tkun esposta l-aktar għalihom;
(d)
għandha timmitiga r-riskji ta' likwidità korrispondenti b'riżorsi ta' likwidità kwalifikanti f'kull munita rilevanti bħal flus kontanti fil-bank ċentrali tal-ħruġ u f'istituzzjonijiet finanzjarji li jgawdu affidabbiltà kreditizja oħrajn, linji ta' kreditu marbutin jew arranġamenti simili u kollateral jew investimenti likwidi ħafna li jkunu disponibbli minnufih u li jistgħu jiġu konvertiti fi flus kontanti permezz ta' arranġamenti minn qabel u arranġamenti għal finanzjament affidabbli ħafna, anke f'kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli u għandha tidentifika, tkejjel u twettaq monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità tagħha li jiġi mid-diversi istituzzjonijiet finanzjarji użati għall-ġestjoni tar-riskji ta' likwidità tagħha;
(e)
meta jintużaw arranġamenti ta' finanzjament prestabbiliti u affidabbli ħafna, linji impenjati ta' kreditu jew arranġamenti simili, hija għandha tagħżel biss istituzzjonijiet finanzjarji b'affidabbiltà kreditizja bħala fornituri ta' likwidità; għandha tistabbilixxi u tapplika limiti ta' konċentrazzjoni xierqa għal kull wieħed mill-fornituri ta' likwidità korrispondenti inkluż l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
(f)
għandha tiddetermina u tivverifika jekk ir-riżorsi korrispondenti humiex biżżejjed permezz ta’ ttestjar tal-istress regolari u rigoruż;
(g)
għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe nuqqas mhux previst u potenzjalment mhux kopert fil-likwidità, u tadotta regoli u proċeduri sabiex timplimenta dawn il-pjanijiet;
(h)
fejn ikun prattiku u disponibbli, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-bank ċentrali, għandu jkollha aċċess għall-kontijiet tal-bank ċentrali u servizzi oħra tal-bank ċentrali biex issaħħaħ il-ġestjoni tagħha tar-riskji ta’ likwidità u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni għandhom jiddepożitaw il-bilanċi tal-flus kontanti korrispondenti f’kontijiet dedikati f’banek ċentrali emittenti tal-Unjoni;
(i)
għandu jkollha arranġamenti prestabbiliti u affidabbli ħafna biex tiżgura li tista' tikkonverti fil-ħin il-kollateral ipprovdut lilu minn klijent inadempjenti fi flus kontanti u fejn jintużaw arranġamenti mhux impenjati, jistabbilixxi li kwalunkwe riskju potenzjali assoċjat ġie identifikat u mmitigat;
(j)
għandha tirrapporta regolarment lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 60(1), u turi lill-pubblikut kif tkejjel, twettaq monitoraġġ u timmaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|