|
+Artikolu 104 2. |
Artikolu 104 2.Il-kont tad-dħul u l-infiq għandu jkun fih mill-inqas l-elementi u l-entrati f’linja sottostanti li ġejjin:
(a)
“introjtu”, li jirrappreżenta kwalunkwe żidiet fil-benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu tal-kontabbiltà fil-forma ta’ influssi jew titjib ta’ assi jew tnaqqis ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw f’żidiet fl-assi netti barra minn dawk li huma relatati ma’ kontribuzzjonijiet mingħand l-investituri. L-introjtu għandu jkun sottoklassifikat skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“introjtu minn investiment”, li jista’ jkun sottoklassifikat aktar kif ġej:
—
“introjtu mid-dividendi”, relatat mad-dividendi fuq investimenti f’ekwità li l-AIF ikun intitolat għalihom;
—
“introjtu mill-imgħax”, relatat mal-imgħax fuq investimenti f’dejn u flus li l-AIF ikun intitolat għalihom;
—
“introjtu mil-kiri”, relatat ma’ introjtu minn kiri minn investimenti fi proprjetà li l-AIF ikun intitolat għalihom;
(ii)
“qligħ realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta qligħ mad-disponiment ta’ investimenti;
(iii)
“qligħ mhux realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta qligħ mill-revalwazzjoni ta’ investimenti; u
(iv)
“introjtu ieħor” inkluż, imma mhux limitat għal, introjtu minn tariffi minn titoli mislufa u minn sorsi varji oħra.
(b)
“spejjeż”, li jirrappreżentaw tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu tal-kontabbiltà fil-forma ta’ flussi ‘l barra jew ta’ tnaqqir ta’ assi jew tiġrib ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw fi tnaqqisiet fl-assi netti, barra minn dawk li huma relatati mal-kontribuzzjonijiet mingħand l-investituri. L-ispejjeż għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
—
“tariffi tal-konsulenza jew l-immaniġġjar tal-investiment”, li jirrappreżentaw tariffi kuntrattwali dovuti lill-konsulent jew lill-AIFM,
—
“spejjeż oħra”, inklużi, iżda mhux limitati għal, tariffi amministrattivi, tariffi professjonali, tariffi tal-kustodju u imgħax. Entrati individwali, jekk materjali fin-natura tagħhom, għandhom jiġu ddivulgati separatament,
—
“telf realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta telf mad-disponiment ta’ investimenti,
—
“telf mhux realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta telf mill-revalwazzjoni ta’ investimenti;
(c)
“introjtu jew nefqa netta”, li tirrappreżenta l-introjtu ‘l fuq min-nefqa jew in-nefqa ‘l fuq mill-introjtu, kif applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|