+Artikolu 98
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 3.
---+Artikolu 98 4.
|
Artikolu 98
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 98 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat kollha tas-superviżjoni u tal-investigazzjoni li jkunu meħtieġa għall-eżeċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati:
(b)
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
(c)
taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti b’delega lil entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati d-dmirijiet; jew
(d)
billi japplikaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
Artikolu 98 2.
|
Taħt il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa, għall-anqas li:
(a)
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe għamla u li jirċievu kopja tiegħu;
(b)
jitolbu kwalunkwe persuna tagħtihom informazzjoni u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil persuna bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;
(c)
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;
▼M4
(d)
jesiġu:
(i)
sa fejn huwa permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, fejn hemm suspett raġonevoli ta’ ksur u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għal investigazzjoni fuq il-ksur ta’ din id-Direttiva;
(ii)
ir-reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi jew l-komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords oħra tat-traffiku tad-data miżmuma mill-UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment, id-depożitarji jew entitajiet oħra regolati b’din id-Direttiva;
▼B
(e)
jitolbu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
(f)
jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;
(g)
jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attivitajiet professjonali;
(h)
jeħtieġu lill-kumpaniji ta’ investiment, lill-kumpaniji tal-maniġment jew lid-depożitarji awtorizzati li jipprovdu informazzjoni;
(i)
jadottaw kull tip ta’ miżuri sabiex jiżguraw illi l-kumpaniji ta’ investment, il-kumpaniji tal-maniġment jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
(j)
jitolbu s-sospensjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tal-fidwa ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari tal-unitajiet jew tal-pubbliku;
(k)
jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil UCITS, kumpanija tal-maniġment jew depożitarju;
(l)
jirriferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali; u
(m)
jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.
|
|
Artikolu 98 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu, meta jkollhom raġunijiet validi biex jagħmlu dan, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jeżerċitaw, mingħajr dewmien, is-setgħat skont il-paragrafu 2, ħlief il-punt (j) ta’ dak il-paragrafu, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba tagħhom b’mod kemm jista’ jkun speċifiku possibbli u jinformawlill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, il-BERS dwarha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, lill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS dwar is-setgħat eżerċitati u s-sejbiet tagħhom.
|
|
Artikolu 98 4.
|
L-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti jissottomettu, mingħajr dewmien żejjed, spjegazzjonijiet lill-AETS fir-rigward ta’ każijiet speċifiċi li jqajmu theddid serju għall-protezzjoni tal-investituri, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parzjali tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|