|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha ssir għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
(a)
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
(b)
l-isem tal-maniġer propost tal-ELTIF;
(c)
l-isem tad-depożitarju u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ ELTIF li jista’ jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
(d)
fejn l-ELTIF jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi magħmula disponibbli għall-investituri, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti sottomessi mill-investituri fil-livell tal-konsumatur;
(e)
fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-istruttura prinċipali-alimentatriċi tal-ELTIF:
(i)
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur tal-ELTIF prinċipali;
(ii)
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF prinċipali u l-ftehim bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali, jew ir-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
(iii)
meta l-ELTIF prinċipali u l-ELTIF alimentatur ikollhom depożitarji differenti, il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 29(7);
(iv)
meta l-ELTIF alimentatur ikun stabbilit fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, attestazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali li l-ELTIF prinċipali huwa ELTIF ipprovdut mill-ELTIF alimentatur. L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-tieni subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|