+Artikolu 13 Kompożizzjoni u diversifikazzjoni tal-portafoll
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
|
Artikolu 13 Kompożizzjoni u diversifikazzjoni tal-portafoll
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 55 % tal-kapital tiegħu f’assi ta’ investiment eliġibbli.
|
|
Artikolu 13 2.
|
ELTIF għandu jinvesti mhux aktar minn:
(a)
20 % tal-kapital tiegħu fi strumenti maħruġa minn, jew self mogħti lil, kwalunkwe impriża ta’ portafoll kwalifikanti unika;
(b)
20 % tal-kapital tiegħu f’assi reali uniku;
(c)
20 % tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ kwalunkwe ELTIF, EuVECA, EuSEF, UCITS jew AIF tal-UE uniku ġestit minn AIFM tal-UE;
(d)
10 % tal-kapital tiegħu fl-assi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1), fejn dawk l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Il-valur aggregat ta’ titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati f’portafoll tal-ELTIF ma għandux jaqbeż l-20 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-iskopertura għar-riskju aggregata għal kontroparti tal-ELTIF li tirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi barra l-borża (OTC), ftehimiet ta’ riakkwist, jew ftehimiet ta’ retroriakkwist ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 13 5.
|
B’deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 2, ELTIF jista’ jgħolli l-limitu ta’ 10 % imsemmi fih għal 25 % meta l-bonds jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u li tkun soġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi lid-detenturi tal-bonds. B’mod partikolari, somom li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ dawk il-bonds għandhom jiġu investiti f’konformità mal-liġi dwar l-assi li, tul il-perjodu kollu tal-validità tal-bonds, ikunu jistgħu jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tal-emittent, ikunu użati fuq bażi ta’ prijorità għar-rimbors tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif irregolat skont id-Direttiva 2013/34/UE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, għandhom jitqiesu bħala impriża unika ta’ portafoll li tikkwalifika jew korp uniku għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu fil-paragrafi minn 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Il-limiti ta’ investiment stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 4 ma għandhomx japplikaw meta l-ELTIFs ikunu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali. Il-limitu ta’ investiment stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt (c), ma għandhomx japplikaw meta ELTIF ikun ELTIF alimentatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|