+Artikolu 16 Rekwiżiti organizzazzjonali
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 12.
|
Artikolu 16 Rekwiżiti organizzazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ illi d-ditti ta’ investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi stipulat fil-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 17.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Ditta ta’ investiment għandha tistabbilixxi politiki adegwati u proċeduri biżżejjed sabiex tiżgura l-konformità tad-ditta, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħha, mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, kif ukoll regoli xierqa li jirregolaw it-tranżazzjonijiet personali li jsiru minn dawn il-persuni.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Ditta ta’ investiment għandha żżomm u tħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli ddisinjati sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess kif iddefiniti fl-Artikolu 23 milli jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħha. Ditta ta’ investiment li tipproduċi strumenti finanzjarji għall-bejgħ lil klijenti għandha żżomm, topera u tirrevedi proċess għall-approvazzjoni ta’ kull strument finanzjarju u adattamenti sinifikanti tal-istrumenti finanzjarji eżistenti qabel dawn jiġu kummerċjalizzati jew distribwiti lill-klijenti. Il-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq mira identifikat ta’ klijenti aħħarin fi ħdan il-kategorija rilevanti ta’ klijenti għal kull strument finanzjarju u għandu jiżgura li r-riskji kollha rilevanti għal tali suq mira identifikat jiġu valutati u li l-istrateġija maħsuba għad-distribuzzjoni tkun konsistenti mas-suq mira identifikat. Ditta ta’ investiment għandha wkoll tirrevedi regolarment l-istrumenti finanzjarji li hi toffri jew tikkummerċjalizza, billi tqis kwalunkwe avveniment li jista’ jaffettwa materjalment ir-riskju potenzjali għas-suq mira identifikat, biex mill-inqas tevalwa jekk l-istrument finanzjarju jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq mira identifikat u jekk l-istrateġija maħsuba għad-distribuzzjoni tibqax adegwata. Ditta ta’ investiment li tipproduċi strumenti finanzjarji għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe distributur l-informazzjoni kollha adegwata dwar l-istrument finanzjarju u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq mira identifikat tal-istrument finanzjarju. Meta ditta ta’ investiment toffri jew tirrakkomanda strumenti finanzjarji li ma tipproduċix, din għandu jkollha arranġamenti adegwati biex tikseb l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u biex tifhem il-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikat għal kull strument finanzjarju. Il-politiki, proċessi u arranġamenti msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, inklużi dawk b’rabta mal-iżvelar, l-adegwatezza, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti tal-interessi, u l-inċentivi.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Ditta ta' investiment għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment. Għal dak il-għan, id-ditta ta' investiment għandha tuża sistemi adegwati u proporzjonati, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ("ICT") stabbiliti u ġestiti f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), kif ukoll riżorsi u proċeduri adegwati u proporzjonati.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Ditta ta’ investiment għandha tiżgura, meta toqgħod fuq parti terza għat-twettiq ta’ funzjonijiet operattivi li jkunu kritiċi għall-provvediment ta’ servizz kontinwu u sodisfaċenti lill-klijenti u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ investiment fuq bażi kontinwa u sodisfaċenti, li tieħu passi raġonevoli sabiex tevita riskju operattiv addizzjonali mhux dovut. Ma jistax ikun hemm l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi importanti tad-ditta b’mod li dan jagħmel ħsara materjalment lill-kwalità tal-kontroll intern tagħha u lill-ħila tal-kontrollur li jimmonitorja l-konformità tad-ditta mal-obbligi kollha tagħha. Ditta ta' investiment għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi tal-kontroll intern u proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji. Mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu l-aċċess għall-komunikazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ mekkaniżmi sodi ta' sigurtà biex tiżgura, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554, is-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, biex timminimizza r-riskju tal-korruzzjoni tad-data u aċċess mhux awtorizzat u biex tipprevjeni kxif ta' informazzjoni, biex b’hekk tinżamm il-kunfidenzjalità tad-data l-ħin kollu.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Ditta ta’ investiment għandha tagħmel arranġamenti biex jinżammu rekords tas-servizzi, l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet kollha li wettqet li għandhom ikunu biżżejjed biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tissodisfa l-kompiti superviżorji tagħha u twettaq l-azzjonijiet ta’ infurzar skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-Direttiva 2014/57/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014, u partikolarment biex tkun ċerta li d-ditta ta’ investiment ikkonformat mal-obbligi kollha inklużi dawk fir-rigward tal-klijenti jew il-klijenti potenzjali u tal-integrità tas-suq.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Ir-rekords għandhom jinkludu l-irrekordjar tal-konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi marbuta ma’, mill-inqas, tranżazzjonijiet konklużi wara
►C4
negozjar akkont proprju ◄ u l-provvista ta’ servizzi ta’ ordnijiet tal-klijenti b’rabta mal-irċevuta, it-trasmissjoni u tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent. Tali konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jinkludu wkoll dawk li huma maħsuba biex jirriżultaw fi tranżazzjonijiet konklużi meta wieħed iwettaq
►C4
negozjar akkont proprju ◄ jew fil-provvediment ta’ servizzi fuq ordni ta’ klijenti relatati mar-riċezzjoni u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet u l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti, anke jekk dawk il-konverżazzjonijiet jew komunikazzjonijiet ma jirriżultawx fil-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet jew fil-provvediment ta’ servizzi fuq ordni ta’ klijenti. Għal dawn l-iskopijiet, ditta ta’ investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiddokumenta konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi rilevanti, magħmulin bi, mibgħuta minn jew riċevuti minn tagħmir pprovdut mid-ditta ta’ investiment lil impjegat jew kuntrattur jew li l-użu tiegħu minn impjegat jew kuntrattur ġie aċċettatt jew permess mid-ditta ta’ investiment. Ditta ta’ investiment għandha tinnotifika lil klijenti ġodda u eżistenti li konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċibejn id-ditta ta’ investiment u l-klijenti tagħha li jirriżultaw jew jistgħu jirriżultaw fi transazzjonijiet ser jiġu reġistrati. Tali notifika tista’ issir darba, qabel il-forniment tas-servizzi ta’ investiment lil klijenti ġodda u dawk eżistenti. Ditta ta’ investiment m’għandhiex tipprovdi, bit-telefon, servizzi u attivitajiet ta’ investiment lil klijenti li ma ġewx notifikati minn qabel dwar ir-reġistrazzjoni tal- konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom, meta dawn is-servizzi u attivitajiet ta’ investiment ikunu marbuta mal-irċevuta, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti. L-ordnijiet jistgħu jsiru mill-klijenti permezz ta’ mezzi oħra, madankollu tali komunikazzjonijiet għandhom isiru b’mezz durabbli bħal posta, fax, posta elettronika jew dokumentazzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti magħmula f’laqgħat. B’mod partikolari, il-kontenut ta’ konverżazzjonijiet rilevanti wiċċ imb’wiċċ ma’ klijent jista’ jiġi reġistrat permezz ta’ minuti jew noti bil-miktub. Tali ordinijiet għandhom jitqiesu ekwivalenti għal ordnijiet riċevuti bit-telefon. Ditta ta’ investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tipprevjeni impjegat jew kuntrattur milli jagħmel, jibgħat jew jirċievi konverżazzjonijet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi rilevanti fuq tagħmir li jkun proprjetà privata li d-ditta ta’ investiment ma tkunx tista’ tirreġistra jew tikkopja. Ir-rekords miżmuma skont dan il-paragrafu għandhom ikunu pprovduti lill-klijenti involuti fuq talba tal-klijenti u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin u, fejn jintalab mill-awtorità kompetenti, għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
|
|
Artikolu 16 8.
|
Meta tkun qiegħda żżomm strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti, ditta ta’ investiment għandha tagħmel arranġamenti adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti bħala sidien, b’mod speċjali fl-eventwalità tal-insolvenza tad-ditta ta’ investiment, u sabiex tipprevjeni l-użu tal-istrumenti finanzjarji ta’ klijent f’isimha għajr bil-kunsens espress tal-klijent.
|
|
Artikolu 16 9.
|
Meta tkun qiegħda żżomm fondi li jappartjenu għall-klijenti, ditta ta’ investiment għandha tagħmel arranġementi adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u, għajr fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, sabiex tipprevjeni l-użu tal-fondi tal-klijenti f’isimha.
|
|
Artikolu 16 10.
|
Ditta ta’ investiment ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju bit-trasferiment ta’ titoli ma’ klijenti mhux professjonali biex ikunu garantiti jew koperti l-obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi tal-klijenti.
|
|
Artikolu 16 11.
|
Fil-każ tal-friegħi tad-ditti ta’ investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment li jkollha aċċess dirett għal dawn ir-reġistri, tinforza l-obbligu stabbilit fil-paragrafi 6 u 7 rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-fergħa. L-Istati Membri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jimponu rekwiżiti fuq ditti ta’ investiment fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi tal-klijenti, b’mod addizzjonali għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 8, 9 u 10 u l-atti delegati rispettivi kif imsemmija fil-paragrafu 12. Tali rekwiżiti jridu jkunu oġġettivament ġustifikati u proporzjonati sabiex, meta ditti ta’ investiment jissalvagwardjaw l-assi u l-fondi tal-klijenti, jindirizzaw riskji speċifiċi għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-integrità tas-suq li huma ta’ importanza partikolari fiċ-ċirkustanzi tal-istruttura tas-suq ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni bi kwalunkwe rekwiżit li jkunu beħsiebhom jimponu f’konformità ma’ dan il-paragrafu u tal-anqas xahrejn qabel id-data magħżula biex dak ir-rekwiżit jidħol fis-seħħ. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni għal dak ir-rekwiżit. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali bħal dan m’għandux jirrestrinġi jew b’mod ieħor jaffettwa d-drittijiet tad-ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 34 u 35. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu, tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proporzjonalità tar-rekwiżiti addizzjonali u l-ġustifikazzjoni għalihom. L-Istati Membri jistgħu jżommu rekwiżiti addizzjonali sakemm huma kienu notifikati lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/73/KE qabel it-2 ta' Lulju 2014 u l-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u tippubblika fis-sit elettroniku tagħha r-rekwiżiti addizzjonali imposti f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 16 12.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti konkreti organizzattivi stipulati fil-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu li jridu jiġu imposti fuq id-ditti ta’ investiment u fuq fergħat ta’ ditti ta’ pajjiż terz awtorizzati skont l-Artikolu 41 li jkunu qed iwettqu servizzi u/jew attivitajiet differenti ta’ investiment u servizzi sekondarji jew taħlita tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|