+Artikolu 26
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.

Artikolu 26

It-trattament tal-ilmenti

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Id-ditti ta' investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki effettivi u trasparenti dwar it-trattament tal-ilmenti sabiex jiġu ttrattati b'mod rapidu l-ilmenti tal-klijenti jew klijenti potenzjali. Id-ditti ta' investiment għandhom iżommu rekord tal-ilmenti rċevuti u l-miżuri li ttieħdu għar-rimedju.

Il-politika ta' ġestjoni tal-ilmenti għandha tipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u aġġornata dwar il-proċess ta' trattament tal-ilmenti. Din il-politika għandha tiġi appoġġjata mill-korp ta' ġestjoni tad-ditta.

Artikolu 26 2.
Id-ditti ta' investiment għandhom jippubblikaw id-dettalji tal-proċess li għandu jiġi segwit fit-trattament ta' lment. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar il-politika tal-ġestjoni tal-ilmenti u d-dettalji tal-kuntatt tal-funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti. L-informazzjoni għandha tingħata lill-klijenti jew klijenti potenzjali, fuq talba, jew meta tiġi kkonfermata l-irċevuta ta' lment. Id-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-klijenti u l-klijenti potenzjali jippreżentaw l-ilmenti tagħhom mingħajr ħlas.
Artikolu 26 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti responsabbli mill-investigazzjoni tal-ilmenti. Din il-funzjoni tista' titwettaq mill-funzjoni ta' konformità.
Artikolu 26 4.
Fit-trattament ta' lment, id-ditti ta' investiment għandhom jikkomunikaw mal-klijenti jew klijenti potenzjali b'mod ċar, b'lingwa sempliċi li tista' tinftiehem faċilment, u għandhom iwieġbu għall-ilment mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 26 5.
Id-ditti tal-investiment għandhom jikkomunikaw il-pożizzjoni tad-ditta dwar l-ilment lill-klijenti jew klijenti potenzjali u jinformaw lill-klijenti jew klijenti potenzjali dwar l-opzjonijiet tagħhom, inklużi dawk li jistgħu jirreferu l-ilment lil entità għar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, jew li l-klijent jista' jieħu azzjoni ċivili.
Artikolu 26 6.
Id-ditti ta' investiment għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ilmenti u t-trattament tal-ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn ikun applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.
Artikolu 26 7.
Il-funzjoni ta' konformità tad-ditti tal-investiment għandha tanalizza lmenti u data dwar it-trattament tal-ilmenti biex jiġi żgurat li jiġi identifikat u indirizzat kwalunkwe riskju jew kwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.