+Artikolu 5a 8.

Artikolu 5a 8.

Il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2025, u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Ottubru 2025.

Il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2027, u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sad-9 ta’ Ġunju 2028 il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma għandhomx ikunu obbligati joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro minn kontijiet ta’ pagament denominati fil-munita nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, matul iż-żmien meta dawk il-PSPs la jibagħtu u lanqas jirċievu trasferimenti ta’ kreditu mhux istantanji f’euro fir-rigward ta’ tali kontijiet.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027.

Minkejja t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027 u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.