|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet marbutin b'obbligu li ġejjin:
(1)
l-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(2)
l-istituzzjonijiet finanzjarji;
(3)
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin meta jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom:
(a)
awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa, jew kwalunkwe persuna oħra li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħra li magħhom hija relatata dik il-persuna l-oħra, għajnuna materjali, assistenza jew pariri dwar kwistjonijiet ta’ taxxa bħala l-attività ta’ negozju jew professjonali prinċipali;
(b)
nutara u professjonisti legali indipendenti oħra, fejn dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f'isem jew għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe transazzjoni finanzjarja jew immobbiljarja, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fit-twettiq ta' transazzjonijiet għall-klijent tagħhom li jirrigwardaw:
(i)
ix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew ta' entitajiet kummerċjali;
(ii)
il-ġestjoni ta' flus, titoli jew assi oħra tal-klijent;
(iii)
il-ftuħ jew il-ġestjoni ta' kontijiet bankarji ta' tfaddil jew ta' titoli;
(iv)
l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-ħolqien, l-operazzjoni jew il-ġestjoni ta' kumpanniji;
(v)
il-kostituzzjoni, l-operat jew il-ġestjoni ta' trusts, ta' kumpanniji, ta' fondazzjonijiet jew ta' strutturi simili;
(c)
fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpanniji li mhumiex diġà koperti mill-punti (a) jew (b);
(d)
aġenti immobbiljari inkluż meta jaġixxu bħala intermedjarji fil-kiri ta’ proprjetà immobbli, iżda dan biss b’rabta ma’ tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-kera fix-xahar tammonta għal EUR 10 000 jew aktar;
(e)
persuni oħrajn li jinnegozjaw fi prodotti, sa fejn il-ħlasijiet isiru jew jiġu riċevuti fi flus kontanti f'ammont ta' EUR 10 000 jew aktar, kemm jekk it-transazzjoni ssir f'operazzjoni waħda jew inkella f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin;
(f)
fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard; ▼M3 —————
(i)
persuni li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet tal-arti, inkluż meta dan isir minn galleriji tal-arti u swali tal-irkant, meta l-valur tat-tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar;
(j)
persuni li jaħżnu, jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet ta’ arti meta din issir minn portijiet ħielsa, meta l-valur ta’ tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|