+Artikolu 4a 2.

Artikolu 4a 2.

Għall-fini tal-preservazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom, ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom b’mod indipendenti u oġġettiv, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet superviżati, minn kwalunkwe korp tal-Unjoni jew minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta’ governanza tal-awtoritajiet kompetenti jkunu funzjonalment indipendenti minn korpi pubbliċi u privati oħra. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti huma soġġetti għar-responsabbiltà pubblika u demokratika.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda membru ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti li jinħatar wara l-11 ta’ Jannar 2026 ma jibqa’ fil-kariga għal aktar minn 14-il sena. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jinħatru abbażi ta’ kriterji ppubblikati li jkunu oġġettivi u trasparenti u li dawk il-membri jkunu jistgħu jitkeċċew jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tal-ħatra jew ikunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali serju. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija għandhom isiru pubbliċi sakemm il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kkonċernat ma joġġezzjonax għall-pubblikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw l-objettivi tagħhom, ikunu responsabbli għall-qadi ta’ dmirijiethom fir-rigward ta’ dawk l-objettivi u jkunu soġġetti għal kontroll finanzjarju b’mod li ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti skont is-sistemi internazzjonali jew Ewropej ta’ superviżjoni finanzjarja, b’mod partikolari s-sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ( 4 ), il-mekkaniżmu superviżorju uniku stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 5 ) u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 6 ), u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.