+Artikolu 4a Indipendenza superviżorja tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 4a 1.
---+Artikolu 4a 2.
---+Artikolu 4a 3.
---+Artikolu 4a 4.
---+Artikolu 4a 5.
---+Artikolu 4a 6.
---+Artikolu 4a 7.
---+Artikolu 4a 8.
---+Artikolu 4a 9.

Artikolu 4a Indipendenza superviżorja tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4a 1.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti” tfisser persuni fiżiċi li jiffurmaw parti mill-aktar korp għoli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi tal-awtorità kompetenti u li jingħataw is-setgħa li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kuljum tal-funzjoni superviżorja tal-awtorità kompetenti, bl-esklużjoni tal-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali.
Artikolu 4a 2.
Għall-fini tal-preservazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom, ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom b’mod indipendenti u oġġettiv, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet superviżati, minn kwalunkwe korp tal-Unjoni jew minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta’ governanza tal-awtoritajiet kompetenti jkunu funzjonalment indipendenti minn korpi pubbliċi u privati oħra. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti huma soġġetti għar-responsabbiltà pubblika u demokratika.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda membru ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti li jinħatar wara l-11 ta’ Jannar 2026 ma jibqa’ fil-kariga għal aktar minn 14-il sena. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jinħatru abbażi ta’ kriterji ppubblikati li jkunu oġġettivi u trasparenti u li dawk il-membri jkunu jistgħu jitkeċċew jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tal-ħatra jew ikunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali serju. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija għandhom isiru pubbliċi sakemm il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kkonċernat ma joġġezzjonax għall-pubblikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw l-objettivi tagħhom, ikunu responsabbli għall-qadi ta’ dmirijiethom fir-rigward ta’ dawk l-objettivi u jkunu soġġetti għal kontroll finanzjarju b’mod li ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti skont is-sistemi internazzjonali jew Ewropej ta’ superviżjoni finanzjarja, b’mod partikolari s-sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ( 4 ), il-mekkaniżmu superviżorju uniku stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 5 ) u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 6 ), u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

Artikolu 4a 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jkunu proporzjonati għar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi ta’ governanza, u li, bħala minimu, jipprojbixxuhom milli:

(a) 

jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji maħruġin mill-istituzzjonijiet superviżati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-impriżi prinċipali diretti jew indiretti, is-sussidjarji jew l-affiljati ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew irreferenzjati lilhom, bl-eċċezzjoni ta’:

(i) 

strumenti ġestiti minn partijiet terzi sakemm is-sidien ta’ dawk l-istrumenti jkunu preklużi milli jintervjenu fil-ġestjoni tal-portafoll;

(ii) 

investimenti f’impriżi ta’ investiment kollettiv;

(b) 

ikunu impjegati jew jaċċettaw kwalunkwe tip ta’ kuntratt għall-forniment ta’ serv2izzi professjonali matul ċertu perjodu (“perjodu ta’ preklużjoni”) minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

istituzzjonijiet li l-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kien involut direttament magħhom għall-finijiet ta’ superviżjoni jew teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż l-impriżi prinċipali diretti jew indiretti, is-sussidjarji jew l-affiljati ta’ dawk l-istituzzjonijiet;

(ii) 

entitajiet li jipprovdu servizzi lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punt (i), sakemm il-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti ma jkunx strettament prekluż milli jieħu sehem fil-forniment ta’ dawk is-servizzi matul il-perjodu ta’ preklużjoni;

(iii) 

entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ lobbying u ta’ promozzjoni diretti lejn l-awtorità kompetenti dwar kwistjonijiet li għalihom il-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kien responsabbli matul l-impjieg jew il-mandat ta’ dak il-membru.

L-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwe; subparagrafu, il-punti (a)(i) u (ii), għandhom japplikaw biss meta l-partijiet terzi u l-impriżi ta’ investiment kollettiv ma jinvestux b’mod predominanti fi strumenti maħruġa mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) jew referenzjati lilhom.

Artikolu 4a 4.
Il-perjodu ta’ preklużjoni għandu jibda mid-data li fiha jintemm l-involviment dirett fis-superviżjoni tal-entitajiet msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(i). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom ma jkollhom l-ebda aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva relatata ma’ dawk l-entitajiet matul il-perjodu ta’ preklużjoni. Fil-każ ta’ reklutaġġ mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punti (b)(i) u (ii), it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn sitt xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni tal-entitajiet msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(i), istituzzjonijiet u mhux inqas minn tnax-il xahar għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti. Fil-każ ta’ reklutaġġ minn entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(iii), it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn tliet xhur kemm għall-membri tal-persunal u għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jissoġġettaw lill-membri tal-persunal tagħhom u lill-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom li għalihom japplika l-paragrafu 3, il-punt (b)(i), għal perjodu ta’ preklużjoni fil-każ tar-reklutaġġ tagħhom minn kompetituri diretti ta’ waħda mill-entitajiet imsemmija f’dak il-punt. Għal dawk il-finijiet, it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn tliet xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni ta’ dawk l-entitajiet u mhux inqas minn sitt xhur għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 4a 5.

B’deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti japplikaw perjodi ta’ preklużjoni iqsar ta’ minimu ta’ tliet xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet biss meta perjodu itwal ta’ preklużjoni:

(a) 

jirrestrinġi bla bżonn il-kapaċità tal-awtorità kompetenti li timpjega membri ġodda tal-persunal bil-ħiliet adegwati jew meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħha, b’mod partikolari b’kont meħud tad-daqs żgħir tas-suq tax-xogħol nazzjonali; jew

(b) 

jikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe dritt fundamentali rilevanti rikonoxxut fil-kostituzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jew ta’ kwalunkwe dritt tal-ħaddiema rilevanti kif stipulat fil-liġi nazzjonali tax-xogħol.

Artikolu 4a 6.
Il-membri tal-persunal u l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti soġġetti għall-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandhom ikunu intitolati għal kumpens xieraq għal dik il-projbizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma xierqa ta’ tali kumpens.
Artikolu 4a 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal u l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ interess. Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-parteċipazzjonijiet tal-membri fil-forma ta’ stokks, ekwitajiet, bonds, fondi mutwi, fondi ta’ investiment, fondi tat-tip imħallat, fondi spekulattivi u fondi nnegozjati fil-borża, li jistgħu jqajmu tħassib dwar kunflitt ta’ interess. Il-persuni kkonċernati għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ interess qabel il-ħatra tagħhom u sussegwentement fuq bażi annwali.

Id-dikjarazzjoni ta’ interess għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni dwar il-ġid skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

Artikolu 4a 8.
Fejn membru tal-persunal jew membru ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jkollu, fil-mument li jiġi impjegat jew maħtur jew fi kwalunkwe ħin wara dan, strumenti finanzjarji li jistgħu jwasslu għal kunflitti ta’ interess, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi fuq bażi ta’ każ b’każ li dawk l-istrumenti jinbiegħu jew jitneħħew fi żmien raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jippermettu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li dawk il-membri jbigħu jew jiddisponu minn strumenti finanzjarji li kellhom meta ġew impjegati jew maħtura.
Artikolu 4a 9.
Sabiex tiżgura applikazzjoni proporzjonata ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha, sal-10 ta’ Lulju 2026 toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fil-awtoritajiet kompetenti u dwar l-indipendenza tagħhom, b’kont meħud tal-aħjar prattiki internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.