+Artikolu 21a 2.

Artikolu 21a 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, b'indikazzjoni ċara tas-sussidjarji tagħha u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali, u l-post u t-tip ta' attività li titwettaq minn kull waħda mill-entitajiet fil-grupp;

▼M11

(b) 

informazzjoni dwar in-nominazzjoni ta’ tal-anqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 91(1);

▼M5

(c) 

informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar l-azzjonisti u l-membri, fejn il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha istituzzjoni ta' kreditu bħala s-sussidjarja tagħha;

(d) 

l-organizzazzjoni interna u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp;

(e) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun neċessarja biex jitwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Meta l-approvazzjoni jew l-eżenzjoni minn approvazzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8, 22 jew 27a, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dawk l-Artikoli għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Il-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, jew fl-Artikolu 27a (6) għandu jkun sospiż sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.