+Artikolu 27j Kriterji ta’ valutazzjoni
---+Artikolu 27j 1.
---+Artikolu 27j 2.
---+Artikolu 27j 3.
---+Artikolu 27j 4.
---+Artikolu 27j 5.
|
Artikolu 27j Kriterji ta’ valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27j 1.
|
Fil-valutazzjoni tan-notifika tal-operazzjoni proposta prevista fl-Artikolu 27i(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27i(5), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura s-solidità tal-profil prudenzjali tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji wara t-tlestija tal-operazzjoni proposta u b’mod partikolari biex tindirizza r-riskji li għalihom il-partijiet ikkonċernati finanzjarji huma jew jistgħu jkunu skoperti matul l-operazzjoni proposta u r-riskji li għalihom tista’ tkun skoperta l-entità li tirriżulta mill-operazzjoni proposta, tivvaluta l-operazzjoni proposta skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
ir-reputazzjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji involuti fl-operazzjoni proposta;
(b)
is-solidità finanzjarja tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji involuti fl-operazzjoni proposta, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju mwettaq u previst għall-entità li tirriżulta mill-operazzjoni proposta;
(c)
jekk l-entità li tirriżulta mill-operazzjoni proposta hijiex ser tkun tista’ tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, f’atti legali oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi 2002/87/KE u 2009/110/KE;
(d)
jekk il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-operazzjoni proposta jkunx realistiku u sod minn perspettiva prudenzjali;
(e)
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-operazzjoni proposta, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew jekk l-operazzjoni proposta tistax iżżid ir-riskju ta’ dan.
Il-pjan ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandu jkun soġġett għal monitoraġġ xieraq mill-awtorità kompetenti sat-tlestija tal-operazzjoni proposta.
|
|
Artikolu 27j 2.
|
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, fil-kuntest tal-verifiki tagħha, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji f’konformità nad-Direttiva (UE) 2015/849.
|
|
Artikolu 27j 3.
|
L-awtorità kompetenti tista’ toħoroġ opinjoni negattiva fir-rigward tal-operazzjoni proposta fil-każ biss li ma jiġux issodisfati l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-parti kkonċernata finanzjarja ma tkunx kompluta minkejja talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 27i(5). Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, opinjoni negattiva mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, riċevuta mill-awtorità kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol mit-talba inizjali, għandha titqies kif xieraq mill-awtorità kompetenti meta tivvaluta l-operazzjoni proposta u tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għal opinjoni negattiva, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 27j 4.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-operazzjoni proposta f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
|
|
Artikolu 27j 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-partijiet ikkonċernati finanzjarji għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 27i(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u xierqa għan-natura tal-operazzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|