|
+Artikolu 70 1. |
Artikolu 70 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:
(a)
il-gravità u kemm idum iseħħ il-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat, fost l-oħrajn, mill-fatturat totali ta’ persuna ġuridika jew l-introjtu annwali ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;
(g)
il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(h)
kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur;
(i)
pieni kriminali imposti preċedentement għall-istess ksur fuq il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għal dak il-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|