+89. Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
|
89. Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna, mad-DORA u ma’ Linji Gwida oħra tal-EBA maħruġa skont l-Artikolu 74(3) tad-Direttiva 2013/36/UE dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk: - a. l-istituzzjoni stabbilietx qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskju u proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, li jinkludu strateġija tar-riskju xierqa u implimentata, aptit għar-riskju, inkluża politika ta’ ġestjoni tar-riskju minn partijiet terzi, oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP u kapaċitajiet u riżultati tal-ittestjar tal-istress;
- b. fejn applikabbli, il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-grupp ikoprix ir-riskji materjali kollha irrispettivament minn jekk ir-riskju joriġinax minn entitajiet li ma humiex soġġetti għall-konsolidazzjoni u jistabbilixxix perspettiva komprensiva tar-riskji kollha li l-istituzzjoni hi esposta jew tista’ tkun esposta għalihom;
- c. il-korp maniġerjali għandux ir-responsabbiltà finali għall-istrateġija tar-riskju, l-aptit għar-riskju u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju u jipprovdix direzzjoni u sorveljanza xierqa;
- d. l-istituzzjoni, u fejn applikabbli l-istituzzjoni konsolidanti, iddokumentawx u implimentawx strateġija xierqa tar-riskju u tal-aptit għar-riskju, li jkopru r-riskji materjali kollha tal-istituzzjoni, li jinkludu limiti u tolleranzi tar-riskju, u li jirriflettu r-riżorsi finanzjarji tal-istituzzjoni;
- e. il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju jistabbilixxix proċeduri adegwati għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-mitigazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju u l-punt sa fejn huwa inkorporat, u kif jinfluwenza, l-istrateġija globali tal-istituzzjoni;
- f. il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet humiex ċari, trasparenti u dokumentati b’mod adegwat, u jiħdux inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet xierqa tar-riskju, u jekk il-politiki u l-emendi għall-politiki humiex ikkomunikati b’mod xieraq u fil-ħin;
- g. hemmx rabtiet xierqa u konsistenti bejn l-istrateġija tan-negozju, l-istrateġija tar-riskju, l-istrateġija tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, l-aptit għar-riskju u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-oqfsa ta’ ġestjoni tal-kapital u tal-likwidità, kif ukoll il-pjan tal-istituzzjoni biex tindirizza r-riskji tal-ESG f’konformità mal-Artikolu 76(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|