|
+Artikolu 91 11. |
Artikolu 91 11.Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:
(a)
il-kunċett ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru tal-korp ta’ ġestjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b’referenza għaċ-ċirkostanzi individwali u man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità;
(b)
il-kunċetti ta’ reputazzjoni tajba, ta’ onestà, ta’ integrità u ta’ indipendenza tal-ħsieb ta’ membru tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmijin fil-paragrafu 2a;
(c)
il-kunċett ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2b;
(d)
il-kunċett ta’ riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7;
(e)
il-kunċett ta’ diversità li għandu jitqies fl-għażla tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8;
(f)
il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, b’rabta mal-entità. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f), l-ABE għandha tikkoopera mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|