|
+Artikolu 91a 6. |
Artikolu 91a 6.Meta l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju ma jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex:
(a)
fil-każ ta’ valutazzjoni ex ante, iżommu lil tali kapijiet jew uffiċjal milli jieħdu l-pożizzjoni jew ineħħuhom mill-pożizzjoni;
(b)
fil-każ ta’ valutazzjoni ex post, ineħħu lil tali kapijiet jew uffiċjal, jew jitolbu lill-entità tneħħihom mill-pożizzjoni;
(c)
jirrikjedu li l-entitajiet ikkonċernati jieħdu miżuri addizzjonali xierqa biex jiżguraw li t-tali kapijiet jew uffiċjal ikkonċernat ikunu jew isiru idonei għall-pożizzjoni kkonċernata. Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ dawk il-kapijiet u dak l-uffiċjal, u għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed. Meta l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju tkun inbidlet u li tali bidla tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal ikkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid l-idoneità tagħhom. M’għandux ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ tali kapijiet jew tal-uffiċjal meta jiġġedded jew jiġi estiż il-kuntratt tagħhom, sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal kkonċernati. Tal-anqas fir-rigward tal-ħatra ta’ dawk il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u dak l-uffiċjal kap finanzjarju għal pożizzjoni fl-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità. Dak il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż, fejn xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|