+Artikolu 91a Titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u valutazzjoni tal-idoneità
---+Artikolu 91a 1.
---+Artikolu 91a 2.
---+Artikolu 91a 3.
---+Artikolu 91a 4.
---+Artikolu 91a 5.
---+Artikolu 91a 6.
---+Artikolu 91a 7.
---+Artikolu 91a 8.

Artikolu 91a Titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u valutazzjoni tal-idoneità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91a 1.
L-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 91(1) għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw li t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin ikunu f’kull ħin ta’ reputazzjoni tajba suffiċjenti, jaġixxu b’onestà u b’integrità u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza suffiċjenti neċessarji biex iwettqu dmirijiethom. In-nuqqas ta’ kundanna kriminali jew ta’ prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin għal reat kriminali ma għandux fih innifsu jkun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżit li wieħed ikun ta’ reputazzjoni tajba u jaġixxi b’onestà u integrità.
Artikolu 91a 2.
L-entitajiet għandhom jiżguraw li t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 u għandhom jivvalutaw l-idoneità tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin qabel ma jieħdu l-pożizzjoni tagħhom u perjodikament, filwaqt li jqisu l-aspettattivi superviżorji, kif stipulat fil-liġijiet u r-regolamenti, il-linji gwida u l-politiki interni dwar l-idoneità applikabbli.
Artikolu 91a 3.

Fejn l-entitajiet jikkonkludu, abbażi tal-valutazzjoni interna tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 2, li persuna ma tissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom:

(a) 

ma jaħtrux lil dik il-persuna bħala titolar ta’ funzjoni ewlenija, meta dik il-valutazzjoni titlesta qabel ma l-persuna tieħu l-pożizzjoni;

(b) 

ineħħu lil dik il-persuna bħala titolar ta’ funzjoni ewlenija, fi żmien xieraq; jew

(c) 

jieħdu miżuri addizzjonali, fi żmien xieraq, li huma meħtieġa biex jiżguraw li tali persuna tkun jew issir adatta għall-pożizzjoni kkonċernata.

L-entitajiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-pożizzjoni ta’ titolar ta’ funzjoni ewlenija, inkluż is-sostituzzjoni tat-titolar ta’ funzjoni ewlenija jekk dik il-persuna ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta’ idoneità u r-rekwiżiti.

Artikolu 91a 4.
L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-idoneità tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin tibqa’ aġġornata. L-entitajiet għandhom, fuq talba, jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti bil-mezzi determinati mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 91a 5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta dawk il-kapijiet jew l-uffiċjal jinħatru għal rwoli tal-inqas fl-entitajiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjonijiet prinċipali tal-UE li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar;

(b) 

istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar; għajr meta jkunu affiljati ma’ korp ċentrali;

(c) 

korpi ċentrali li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar jew li jissorveljaw istituzzjonijiet kbar affiljati magħhom;

(d) 

istituzzjonijiet awtonomi fl-Unjoni li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar;

(e) 

sussidjarji kbar, kif iddefiniti fil-punt (147) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE, li jkollhom istituzzjonijiet kbar fil-grupp tagħhom, ħlief dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 21a(4) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 91a 6.

Meta l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju ma jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex:

(a) 

fil-każ ta’ valutazzjoni ex ante, iżommu lil tali kapijiet jew uffiċjal milli jieħdu l-pożizzjoni jew ineħħuhom mill-pożizzjoni;

(b) 

fil-każ ta’ valutazzjoni ex post, ineħħu lil tali kapijiet jew uffiċjal, jew jitolbu lill-entità tneħħihom mill-pożizzjoni;

(c) 

jirrikjedu li l-entitajiet ikkonċernati jieħdu miżuri addizzjonali xierqa biex jiżguraw li t-tali kapijiet jew uffiċjal ikkonċernat ikunu jew isiru idonei għall-pożizzjoni kkonċernata.

Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ dawk il-kapijiet u dak l-uffiċjal, u għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed.

Meta l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju tkun inbidlet u li tali bidla tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal ikkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid l-idoneità tagħhom.

M’għandux ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ tali kapijiet jew tal-uffiċjal meta jiġġedded jew jiġi estiż il-kuntratt tagħhom, sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal kkonċernati.

Tal-anqas fir-rigward tal-ħatra ta’ dawk il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u dak l-uffiċjal kap finanzjarju għal pożizzjoni fl-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità. Dak il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż, fejn xieraq.

Artikolu 91a 7.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, u fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fir-Regolament (UE) 2024/1620. L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, ladarba tkun stabbilita, għandha tiddeċiedi jekk tagħtix tali aċċess.
Artikolu 91a 8.

Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:

(a) 

il-kunċetti ta’ reputazzjoni tajba, onestà u integrità kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kunċett ta’ għarfien, ta’ ħiliet u ta’ esperjenza suffiċjenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(c) 

il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, b’rabta mal-entità.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-ABE għandha tikkoopera mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.