+ANNESS I DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

ANNESS I DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

1.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ ħoss għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

1.2.

Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.

Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.

1.4.

Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom ikunu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema ta’ l-egżost u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

2.   LIVELL TA’ ĦOSS TA’ VETTURI MIEXJA

2.1.   Valuri tal-limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III m’għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:


Kategoriji tal-vettura

Valuri espressi f’dB (A)

(decibels(A))

2.1.1.  Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u jinkludu mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq.

74

2.1.2.  Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati u:

2.1.2.1.  b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW

78

2.1.2.2.  b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

2.1.3.  Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija:

2.1.3.1.  b’toqol massimu permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati

76

2.1.3.2.  b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

77

2.1.4.  Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

2.1.4.1.  b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW

77

2.1.4.2.  b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW

78

2.1.4.3.  b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

Madankollu

— għal vetturi tal-kategoriji 2.1.1 u 2.1.3, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk ikunu mgħammrin b’magna diżil b’injezzjoni diretta,

— għal vetturi b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati maħsuba għall-użu off-road, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija 150kW jew akbar,

— għal vetturi fil-kategorija 2.1.1., mgħammrin b’gear box operata manwalment li għandha aktar minn erba’ gerijiet il quddiem u b’magna li tiżviluppa qawwa massima li taqbeż il-140 kW/t, u li r-relattività tal-qawwa massima/il-massa massima taqbeż il-75 kW/t, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-veloċità li fiha l-wara tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/siegħa.

2.2.   Interpretazzjoni tar-riżultati

2.2.1.

Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi jitnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ.

2.2.2.

Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A).

2.2.3.

L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jeċċedi l-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tal-vettura eżaminata b’1 dB(A), għandhom isiru żewġ kejliet oħra fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejliet miksuba b’dan il-mod fil-pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fi ħdan il-limiti preskritti.

3.   IMMARKAR

3.1.

Il-komponenti tas-sistema ta’ l-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

3.1.1.

it-trademark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u tal-komponenti tagħhom;

3.1.2.

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

3.2.

Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

4.   GĦOTJA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

4.1.

Jekk ir-rekwiżiti relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE, għandha tingħata.

4.2.

L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.3.

Numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

5.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.

Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.

Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.

Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.

It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.

Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:31970L0157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.