+L-ANNESS III PROĊEDURI TA' KONTROLL U SORVELJAR F'FAŻIJIET OPERAZZJONALI U KURA TA' WARA

L-ANNESS III PROĊEDURI TA' KONTROLL U SORVELJAR F'FAŻIJIET OPERAZZJONALI U KURA TA' WARA


L-ANNESS III

PROĊEDURI TA' KONTROLL U SORVELJAR F'FAŻIJIET OPERAZZJONALI U KURA TA' WARA

1.   Introduzzjoni

L-iskop ta' dan l-Anness huwa li jipprovdi l-proċeduri minimi għall-issorveljar li jrid isir għal eżami:

— 
li l-iskart ġie aċċettat għar-rimi bi qbil mal-kriterji magħmula għall-kategorija ►C1  tal-landfill ◄ in kwistjoni,
— 
li l-proċess fi ħdan ►C1  il-landfill ◄ jipproċedi kif mixtieq,
— 
li s-sistemi ta' protezzjoni ambjentali qed jaħdmu kollha kif maħsuba,
— 
li l-kundizzjonijiet tal-permess ►C1  għal-landfill ◄ huma milħuqa.

2.   Data meteoroloġika

▼M4 —————

▼B

Jekk l-Istati Membri jiddeċidu li bilanċi ta' l-ilma huma għodda effettiva għall-evalwazzjoni ta' jekk lissija qed tikber fil-korp ►C1  tal-landfill ◄ jew jekk is-sit ikun qed inixxi, huwa rakkomandat li d-data tkun miġbura minn sorveljar ►C1  fil-landfill ◄ jew minn stazzjon meteoroloġiku l-aktar viċin, għal żmien li jista' jkun meħtieġ mill-awtoritá kompetenti bi qbil ma' l-Artikolu 13(ċ) ta' din id-Direttiva:<0}



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

1.1 Volum ta' preċipitazzjoni

kuljum

kulljum, miżjud ma' valuri ta' kull xahar

1.2 Temperatura (min., mas., 14.00 h CET)

kuljum

medja ta' kull xahar

1.3 Direzzjoni u saħħa ta' riħ prevalenti

kuljum

mhux meħtieġ

1.4 Evaporazzjoni (liżimetru) (1)

kuljum

kuljum, miżjud ma' valuri ta' kull xahar

1.5 Umditá atmosferika (14.00 h CET)

kuljum

medja ta' kull xahar

(1)   

Jew permezz ta' metodi oħra adatti.

3.   Data ta' emissjoni: kontroll ta' ilma, lissija u gass

Teħid ta' kampjuni tal-lissija u ta' l-ilma tal-wiċċ jekk preżenti jrid jiġi miġbur f'punti rappreżentattivi. Teħid ta' kampjuni u tkejjil (volum u kompożizzjoni) ta' lissija jridu jiġu eżegwiti separatament f'kull punt ta' fejn lissija tkun ħierġa mis-sit. Riferenza: linji ta' gwida ġenerali fuq teknoloġija ta' teħid ta' kampjuni, ISO 5667-2 (1991).

Sorveljar ta' l-ilma tal-wiċċ jekk ikun preżenti jrid isir f'mhux inqas min żewġ punti, waħda 'l fuq min-nixxiegħa ►C1  tal-landfill ◄ u waħda 'l isfel min-nixxiegħa.

Sorveljar tal-gass irid ikun rappreżentattiv għal kull sezzjoni ►C1  tal-landfill ◄ . Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni u analiżi hija elenkata fit-tabella li jmiss. Għal lissija u ilma, teħid ta' kampjuni, rappreżentattivi għall-kompożizzjoni medja, iridu jittieħdu għas-sorveljar.

Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni tista' tiġi adattata fuq il-bażi tal-morfoloġija ta' l-iskart ►C1  tal-landfill ◄ (f'tumulus, midfun, etċ). Dan irid jiġi speċifikat fil-permess.



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara (3)

2.1. Volum ta' lissija

kull xahar (1) (3)

kull sitt xhur

2.2. Kompożizzjoni ta' lissija (2)

kull tlett xhur (3)

kull sitt xhur

2.3. Volum u kompożizzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ (7)

kull tlett xhur (3)

kull sitt xhur

2.4. Emissjoni ta' gass potenzjali u pressjoni atmosferika (4) (CH4, CO2, O2, H2S, H2 eċċ.)

kull xhar (3) (5)

kull sitt xhur (6)

(1)   

Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni tista' tiġi adattata fuq il-bażi tal-morfoloġija ta' l-iskart ►C1  tal-landfill ◄ (f'borġ, midfun, etċ.). Dan irid jiġi speċifikat fil-permess.

(2)   

Il-parametri jridu jiġu imkejla u s-sustanzi jiġu analizzati li jvarjaw skond il-kompożizzjoni ta' l-iskart mormi; iridu jiġu stipulati fid-dokument tal-permess u jirriflettu l-karatteristiċi tal-lissija ta' l-iskart.

(3)   

Jekk l-evalwazzjoni ta' data tindika li intervalli itwal huma effettivi ugwalment, jistgħu jiġu adottati. Għall-lissija, konduttivitá dejjem trid titkejjel għall-inqas darba fis-sena.

(4)   

Dan il-kejl huwa ġeneralment relatat mall-kontenut ta' materjal organiku ta' l-iskart.

(5)   

CH4, CO2, O2, regolarment, gass ieħor kif meħtieġ, skond il-kompożizzjoni ta' l-iskart mormi, bl-għan li jiġu riflessi l-kwalitajiet tal-lissija tagħhom.

(6)   

Effiċjenza tas-sistema ta' estrazzjoni tal-gass trid tiġi eżaminata regolarment.

(7)   

Fuq il-bażi tal-karatteristiċi tas-sit ►C1  tal-landfill ◄ , l-awtoritá kompetenti tista' tiddetermina li dan it-tkejjil mhux meħtieġ, u jiġi rapportat skond il-mod stipulat fl-Artikolu 15 tad-Direttiva.

2.1 u 2.2 japplikaw biss fejn kollezzjoni tal-lissija tieħu post (ara l-Anness 1(2)).

4.   Protezzjoni ta' l-ilma tal-qiegħ

A.   Il-kampjunar

Teħid ta' kampjuniIt-tkejjil iridu jkunu tant li jipprovdu informazzjoni fuq ilma tal-qiegħ x'aktarx li jkun qed jiġi affetwat mir-rimi ta' skart, għall-inqas b'wieħed mill-punti tat-tkejjil fir-reġjun ta' dħul fl-ilma tal-qiegħ u tnejn fir-reġjun tal-ħruġ. Dan in-numru jista' jiġi miżjud fuq il-bażi ta' sorveljanza idroġeoloġika speċifika u l-bżonn għall-identifikazzjoni mill-bidu ta' rilaxx aċċidentali ta' lissija fl-ilma tal-qiegħ.

Teħid ta' kampjuni jrid isir għall-inqas fi tlett postijiet qabel l-operazzjonijiet tal-mili ►C1  fil-landfill ◄ , sabiex jiġu stabbiliti valuri ta' riferenza għat-teħid ta' kampjuni tal-futur. Riferenza: Teħid ta' kampjuni min Ilmijiet tal-qiegħ, ISO 5667, Parti 11, 1993.

B.   Munitu Sorveljar

Il-parametri li jridu jiġu analizzati fil-kampjuni meħuda jridu jkunu miġjuba mill-kompożizzjoni mistennija ta' lissija u l-kwalitá ta' l-ilma tal-qiegħ fiż-żona. Fl-għażla tal-parametri għall-analiżi trid tiġi konsiderata l-mobilitá fiż-żona ta' l-ilma tal-qiegħ. Parametri jridu jinkludu parametri indikaturi sabiex ikun żgur li jidher mill-bidu xi bidla fil-kwalitá ta' l-ilma ( 8 )<0}.



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

Livell ta' ilma tal-qiegħ

kull sitt xhur (1)

kull sitt xhur (1)

Konsum ta' ilma tal-qiegħ

frekwenza speċifika ta' sit (2) (3)

frekwenza speċifika ta' sit (2) (3)

(1)   

Jekk ikun hemm livelli li jvarjaw ta' l-ilma tal-qiegħ, il-frekwenza trid tiġi miżjuda.

(2)   

Il-frekwenza trid tkun bażata fuq possibilitá għall-azzjonijiet rimedjali bejn żewġ teħid ta' kampjuni jekk livell mixtieq jintlaħaq, per eżempju l-frekwenza trid tiġi determinata fuq il-bażi ta' tagħrif u l- evalwazzjoni tal-veloċitá tat-tnixxija ta' l-ilma tal-qiegħ.

(3)   

Meta livell mixtieq jintlaħaq (ara Ċ), verifika hija neċessarja bir-ripetizzjoni ta' teħid ta' kampjuni. Meta l-livell ikun konfermat, pjan ta' kontingenza (stipulat fil-permess) irid jiġi segwit.

Ċ.   Livelli mixtieqa

Effetti ambjentali ħżiena sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikoli 12 u 13 ta' din id-Direttiva, irid ikun konsiderat li jkun deher fil-każ ta' l-ilma tal-qiegħ, meta analiżi ta' kampjun ta' l-ilma l-qiegħ turi bidla sinifikanti fil-kwalitá ta' l-ilma. Il-livell mixtieq irid ikun determinat bil-kunsiderazzjoni tal-formazzjonijiet idroloġeoloġiċi speċifiċi fil-post ►C1  tal-landfill ◄ u l-kwalitá ta' l-ilma. Il-livell mixtieq irid ikun stipulat fil-permess kull meta jkun possibbli.

L-osservazzjonijiet iridu jkunu evalwati permezz ta' mappa ta' kontroll b'regolamenti ta' kontroll stabbiliti u livelli għal kull bir downgradient. Il-livelli ta' kontroll iridu jiġu determinati minn varjazzjonijiet lokali fil-kwalitá tal-ilma tal-qiegħ.

5.   Topografija tas-sit: Data dwar il-korp ►C1  tal-landfill ◄ <0}



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

5.1. Struttura u kompożizzjoni ta' korp ►C1  tal-landfill ◄  (1)

annwali

 

5.2. Imġieba ta' stabilizzazzjoni tal-livell tal-korp ►C1  tal-landfill ◄

annwali

qari annwali

(1)   

Data għal pjan ta' l-istat ►C1  tal-landfill ◄ konċernata: wiċċ okkupat bi skart, volum u konsum ta' skart, metodi ta' rimi, ħin u dewmien ta' rimi, kalkolazzjoni ta' kapaċitá li jkun għad fadal li għadha disponibbli ►C1  fil-landfill ◄ .

▼M3

6.   Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku

Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

A. 

Rekwiżiti ta’ monitoraġġ, spezzjoni u emerġenza

Fis-sit tal-ħżin għandha tiġi installata sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-fwar tal-merkurju b’sensittività ta’ mill-inqas 0,02 mg ta’ merkurju/m3. Is-sensuri għandhom jiġu ppożizzjonati fil-livell tal-art u fil-livell ta’ tul ta’ bniedem. Din għandha tinkludi sistema ta’ twissija viżwali u akustika. Darba fis-sena għandu jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-sistema.

Is-sit tal-ħżin u l-kontenituri għandhom jiġu spezzjonati viżwalment minn persuna awtorizzata, tal-inqas darba fix-xahar. Meta jiġu individwati tnixxijiet, l-operatur għandu minnufih jieħu kull azzjoni meħtieġa biex tiġi evitata kwalunkwe emissjoni ta’ merkurju fl-ambjent u biex terġa’ tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ħżin tal-merkurju. Kwalunkwe tnixxija għandha titqies li għandha effetti ambjentali negattivi sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 12(b).

Fis-sit għandu jkun hemm disponibbli pjani ta’ emerġenza u tagħmir protettiv adattat għall-ġestjoni tal-merkurju metalliku.

B. 

Żamma tar-reġistri

Id-dokumenti kollha li fihom l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima 6 tal-Anness II u fil-punt A ta’ din it-Taqsima, inkluż iċ-ċertifikat li jkun hemm mal-kontenitur, kif ukoll reġistri rigward it-tneħħija mill-ħżin u l-kunsinna tal-merkurju metalliku wara l-ħżin temporanju tiegħu, u d-destinazzjoni u t-trattament maħsub għalih għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin wara t-tmiem tal-ħżin.

▼M4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.