+ANNESS II Materjali u komponenti eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a)

ANNESS II Materjali u komponenti eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a)

ANNESS II

Materjali u komponenti eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a)

Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ mhux aktar minn 0,1 % tal-piż f’materjal omoġenu għaċ-ċomb, għall-kromu eżavalenti u għall-merkurju u ta’ mhux aktar minn 0,01 % tal-piż f’materjal omoġenu għall-kadmju.

L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 li jintużaw għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-brushes tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE.


Materjali u komponenti

Ambitu u data tal-iskadenza tal-eżenzjoni

Li għandu jkollhom tikketta jew ikunu magħmula identifikabbli skont l-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar

1(a).  Azzar għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni u komponenti tal-azzar galvanizzat f’banju sħun li fihom mhux aktar minn 0,35 % ta’ ċomb skont il-piż

 

 

1(b).  Folja ta’ azzar galvanizzat kontinwament li fiha mhux aktar minn 0,35 % ta’ ċomb skont il-piż

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

2(a).  Aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni, b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 2 % skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005

 

2(b).  Aluminju b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 1,5 % skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

2(c)(i).  Ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4 % skont il-piż

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

2(c)(ii).  Ligi tal-aluminju mhux inklużi fl-entrata 2(c)(i) b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4 % skont il-piż (2)

 (1)

 

3.  Ligi tar-ram b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 4 % skont il-piż

 (3)

 

4(a).  Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

4(b).  Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings fil-magni, fit-trażmissjonijiet u fil-kompressuri tal-arja kkundizzjonata

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011

 

Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti

5(a).  Ċomb fil-batteriji użati f’sistemi b’voltaġġ għoli (4) li jintużaw biss għall-propulsjoni fil-vetturi M1 u N1

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

5(b)(i).  Ċomb fil-batteriji:

(1)  użati f’applikazzjonijiet ta’ 12 V

(2)  użati f’applikazzjonijiet ta’ 24 V f’vetturi bi skop speċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 (3)

X

5(b)(ii).  Ċomb fil-batteriji użati f’applikazzjonijiet mhux inklużi fl-entrata 5(a) jew fl-entrata 5(b)(i)

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

6.  Tagħmir kontra l-vibrazzjonijiet

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

7(a).  Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-arja, partijiet tal-elastomeri jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005

 

7(b).  Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-ajru, partijiet tal-elastomeru jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna li fihom mhux aktar minn 0,5 % ċomb skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006

 

7(c).  Legaturi għall-elastomeri f’applikazzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni li fihom mhux aktar minn 0,5 % ċomb skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009

 

8(a).  Ċomb fl-istann biex iwaħħal il-komponenti elettriċi u elettroniċi mal-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi u ċ-ċomb fil-finituri tat-terminali tal-komponenti apparti l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, fuq il-pinnijiet tal-komponenti u fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(b).  Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi apparti t-twaħħil bl-istann fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi jew fuq il-ħġieġ

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(c).  Ċomb fil-finituri fuq it-terminali tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(d).  Ċomb użat fit-twaħħil bl-istann fuq il-ħġieġ fis-sensuri tal-fluss tal-massa tal-arja

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts ta’ dawn il-vetturi

X (5)

8(e).  Ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

 (1)

X (5)

8(f)(i).  Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(f)(ii).  Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi apparti dawk il-punti fejn jitqabbdu l-konnetturi tal-faxx tal-wajers tal-vetturi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(g)(i).  Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(g)(ii).  Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip meta dik il-konnessjoni elettrika tkun tikkonsisti f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(1)  nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi ta’ 90 nm jew iktar;

(2)  damma unika ta’ 300 mm 2 jew iktar f’xi nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi;

(3)  pakketti ta’ dammi stivati b’dammi ta’ 300 mm 2 jew iktar, jew interposers tas-siliċju ta’ 300 mm 2 jew iktar.

 (1)

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(h).  Ċomb fl-istann biex iwaħħal id-distributuri tas-sħana mad-dissipatur tas-sħana fl-assemblaġġi tas-semikondutturi tal-potenza b’ċippa b’daqs ta’ mhux inqas minn 1 cm2 b’erja ta’ projezzjoni u densità tal-kurrent nominali li tkun tal-inqas 1 A/mm2 tal-erja taċ-ċippa tas-siliċju

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(i).  Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet tal-igglejżjar bl-elettriku fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tat-twaħħil bl-istann fl-igglejżjar laminat

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(j).  Ċomb fl-istann għat-twaħħil bl-istann tal-igglejżjar laminat

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

8(k).  It-twaħħil bl-istann tal-applikazzjonijiet tat-tisħin b’kurrent tas-sħana ta’ 0,5 A jew iktar għal kull ġonta tal-istann fuq il-panewijiet uniċi tal-igglejżjar laminat li ma jaqbiżx ħxuna ta’ 2,1 mm. Din l-eżenzjoni ma tkoprix it-twaħħil bl-istann tal-kuntatti inkorporati fil-polimeru intermedju.

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (5)

9.  Sitijiet tal-valv

Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003

 

10(a).  Komponenti elettriċi u elettroniċi, li fihom iċ-ċomb fil-ħġieg jew fiċ-ċeramika, f’komposti matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, f’materjal tal-ħġieg u taċ-ċeramika, jew f’komposti matriċi tal-ħġieġ u taċ-ċeramika.

Din l-eżenzjoni ma tkoprix l-użu taċ-ċomb:

(i)  fil-ħġieġ fil-bozoz u fil-glejż tal-ispark plugs,

(ii)  fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika ta’ komponenti elenkati taħt 10(b), 10(c) u 10(d).

 

X (6) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni)

10(b).  Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi li huma parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

 

 

10(c).  Ċomb f’materjali taċ-ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi b’voltaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

10(d).  Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika ta’ kapaċitaturi li jagħmel tajjeb għad-devjazzjonijiet relatati mat-temperatura tas-sensuri f’sistemi tas-sonar ultrasoniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

11.  Inizjaturi pirotekniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

12.  Materjali termoelettriċi li fihom iċ-ċomb u li jintużaw f’applikazzjonijiet elettriċi tal-vetturi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 permezz tal-irkupru tas-sħana mill-egżost

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

Kromu eżavalenti

13(a).  Kisi kontra l-korrużjoni

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007

 

13(b).  Kisi preventiv kontra l-korrużjoni marbut mal-assemblaġġi tal-boltijiet u l-iskorfini għall-applikazzjonijiet tax-xażi

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

14.  

 

Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:

(a)  maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ inqas minn 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

(b)  maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ 75 W jew iktar f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

(c)  maħsubin biex jaħdmu għalkollox b’ħiter mhux elettriku.

Għal (a): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

Għal (b): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

Merkurju

15(a).  Lampi ta’ skariku elettriku għall-applikazzjonijiet tal-fanali ta’ quddiem

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

15(b).  Tubi fluworexxenti użati fil-pannelli tal-wiri tal-istrumenti

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X

Kadmju

16.  Batteriji għall-vetturi elettriċi

Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008

 

(1)   

Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2024.

(2)   

Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b’mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta’ aluminju riċiklat.

(3)   

Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2025.

(4)   

Is-sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(5)   

Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.

(6)   

Iż-żarmar f’każ li, f’korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(k), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu

(7)   

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

Noti mat-tabella:


( 1 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1

( 2 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.