ANNESS I
IL-ĠENERAZZJONI TAL-ISKART
SEZZJONI 1
Dak li hu kopert
1.
►M6
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha kklassifikati fil-kopertura tat-Taqsimiet A sa V tan-NACE (
10
). ◄ Dawn is-Sezzjonijiet ikopru l-attivitajiet ekonomiċi kollha.
Dan l-Anness ikopri wkoll:
(a)
l-iskart iġġenerat mid-djar;
(b)
l-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' rkupru u/jew rimi.
2. L-iskart li hu riċiklat fil-post fejn ikun iġġenerat mhuwiex fl-ambitu ta' dan l-Anness.
SEZZJONI 2
Il-kategoriji tal-iskart
L-istatistiċi għal dawn il-kategoriji tal-iskart iridu jiġu maħduma:
|
Lista tal-Aggregati
|
|
|
EWC-Stat/Verżjoni 4
|
|
|
Nru tal-Oġġett
|
|
Deskrizzjoni
|
Skart Perikoluż/Skart mhux perikoluż
|
|
1
|
01.1
|
Solventi eżawriti
|
Perikolużi
|
|
2
|
01.2
|
Skart aċiduż, alkalin jew mielaħ
|
Mhux perikoluż
|
|
3
|
01.2
|
Skart aċiduż, alkalin jew mielaħ
|
Perikoluż
|
|
4
|
01.3
|
Żjut użati
|
Perikolużi
|
|
5
|
01.4, 02, 03.1
|
Skart kimiku
|
Mhux perikoluż
|
|
6
|
01.4, 02, 03.1
|
Skart kimiku
|
Perikoluż
|
|
7
|
03.2
|
Ħama tal-efflussi industrijali
|
Mhux perikoluża
|
|
8
|
03.2
|
Ħama tal-efflussi industrijali
|
Perikoluża
|
|
9
|
03.3
|
Fdalijiet ta' ħama u likwidu wara t-trattament tal-iskart
|
Mhux perikolużi
|
|
10
|
03.3
|
Fdalijiet ta' ħama u likwidu wara t-trattament tal-iskart
|
Perikolużi
|
|
11
|
05
|
Skart marbut mas-servizzi tas-saħħa u skart bijoloġiku
|
Mhux perikoluż
|
|
12
|
05
|
Skart marbut mas-servizzi tas-saħħa u skart bijoloġiku
|
Perikoluż
|
|
13
|
06.1
|
Skart metalliku, ħadid
|
Mhux perikoluż
|
|
14
|
06.2
|
Skart metalliku, mhux ħadid
|
Mhux perikoluż
|
|
15
|
06.3
|
Skart metalliku mħallat, ħadid u mhux
|
Mhux perikoluż
|
|
16
|
07.1
|
Skart tal-ħġieġ
|
Mhux perikoluż
|
|
17
|
07.1
|
Skart tal-ħġieġ
|
Perikoluż
|
|
18
|
07.2
|
Skart ta' karta u kartun
|
Mhux perikoluż
|
|
19
|
07.3
|
Skart tal-lastku
|
Mhux perikoluż
|
|
20
|
07.4
|
Skart tal-plastik
|
Mhux perikoluż
|
|
21
|
07.5
|
Skart tal-injam
|
Mhux perikoluż
|
|
22
|
07.5
|
Skart tal-injam
|
Perikoluż
|
|
23
|
07.6
|
Skart tat-tessuti
|
Mhux perikoluż
|
|
24
|
07.7
|
Skart li fih il-PCB
|
Perikoluż
|
|
25
|
08 (eskl. 08.1, 08.41)
|
Apparat mormi (minbarra l-iskart minn vetturi, batteriji u akkumulaturi mormijin)
|
Mhux perikoluż
|
|
26
|
08 (eskl. 08.1, 08.41)
|
Apparat mormi (minbarra l-iskart minn vetturi, batteriji u akkumulaturi mormijin)
|
Perikoluż
|
|
27
|
08.1
|
Vetturi mormija
|
Mhux perikolużi
|
|
28
|
08.1
|
Vetturi mormija
|
Perikolużi
|
|
29
|
08.41
|
Skart tal-batteriji u tal-akkumulaturi
|
Mhux perikoluż
|
|
30
|
08.41
|
Skart tal-batteriji u tal-akkumulaturi
|
Perikoluż
|
|
31
|
09.1
|
Skart tal-ikel tal-annimali u tal-ikel imħallat
|
Mhux perikoluż
|
|
32
|
09.2
|
Skart ta' ħxejjex
|
Mhux perikoluż
|
|
33
|
09.3
|
Feċi, awrina u demel tal-annimali
|
Mhux perikolużi
|
|
34
|
10.1
|
Skart tad-djar u skart simili
|
Mhux perikoluż
|
|
35
|
10.2
|
Materjali mħalltin u mhux magħżulin
|
Mhux perikolużi
|
|
36
|
10.2
|
Materjali mħalltin u mhux magħżulin
|
Perikolużi
|
|
37
|
10.3
|
Reżidwi tas-sorting
|
Mhux perikolużi
|
|
38
|
10.3
|
Reżidwi tas-sorting
|
Perikolużi
|
|
39
|
11
|
Ħama mħallta
|
Mhux perikoluża
|
|
40
|
12.1
|
Skart minerali tal-bini u tat-twaqqigħ
|
Mhux perikoluż
|
|
41
|
12.1
|
Skart minerali tal-bini u tat-twaqqigħ
|
Perikoluż
|
|
42
|
12.2, 12.3, 12.5
|
Skart ieħor minerali
|
Mhux perikoluż
|
|
43
|
12.2, 12.3, 12.5
|
Skart ieħor minerali
|
Perikoluż
|
|
44
|
12.4
|
Skart tal-ħruq
|
Mhux perikoluż
|
|
45
|
12.4
|
Skart tal-ħruq
|
Perikoluż
|
|
46
|
12.6
|
Ħamrijat
|
Mhux perikolużi
|
|
47
|
12.6
|
Ħamrijat
|
Perikolużi
|
|
48
|
12.7
|
L-iskart tat-tħammil
|
Mhux perikoluż
|
|
49
|
12.7
|
L-iskart tat-tħammil
|
Perikoluż
|
|
50
|
12.8, 13
|
Skart minerali wara t-trattament tal-iskart u mill-iskart stabbilizzat
|
Mhux perikoluż
|
|
51
|
12.8, 13
|
Skart minerali wara t-trattament tal-iskart u mill-iskart stabbilizzat
|
Perikoluż
|
SEZZJONI 3
Il-karatteristiċi
L-istatistiċi għandhom ikunu kkumpilati dwar il-karatteristiċi u l-analiżijiet li ġejjin:
1.
Il-kwantità ta' skart iġġenerat għal kull kategorija ta' skart elenkata fis-Sezzjoni 2(1) u għal kull attività li tiġġenera l-iskart elenkata fis-Sezzjoni 8(1);
2.
Il-popolazzjoni moqdija minn skema ta' ġbir tal-iskart tad-djar imħallat u skart simili.
SEZZJONI 4
L-unità tar-rappurtaġġ
1. L-unità ta' rappurtaġġ li għandha tkun użata għall-kategoriji kollha tal-iskart hija tunnellata waħda (1) ta' skart (normali) imxarrab ħlief għall-kategoriji “ħama tal-efflussi industrijali”, “ħama mħallta”, “fdalijiet ta' ħama u likwidu wara t-trattament tal-iskart” u “skart tat-tħammil” li għalihom l-unità ta' rappurtaġġ hija tunnellata waħda (1) ta' materja niexfa.
2. L-unità ta' rappurtaġġ għall-karatterististka msemmija fis-Sezzjoni 3(2) hija l-perċentwal moqdi tal-popolazzjoni.
SEZZJONI 5
L-ewwel sena ta' referenza u l-perjodiċità
1. L-ewwel sena ta' referenza hija t-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. L-ewwel sena ta' referenza għall-istatistiċi dwar l-iskart imsejsa fuq din ir-reviżjoni hija l-2010.
3. L-Istati Membri għandhom ifornu d-dejta għal kull tieni sena wara l-ewwel sena ta' referenza.
SEZZJONI 6
It-trażmissjoni tar-riżultati lill-Eurostat
Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
SEZZJONI 7
Ir-rapport dwar l-ambitu u l-kwalità tal-istatistika
1. Għal kull oġġett elenkat fis-Sezzjoni 8 (attivitajiet u djar), l-Istati Membri jridu jindikaw il-proporzjon bejn l-istatistiċi kkumpilati u l-univers totali tal-iskart tal-istess oġġett. Ir-rekwiżiti minimi tal-ambitu se jkunu ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).
2. L-Istati Membri jridu jippreżentaw rapport ta' kwalità, li jindika l-grad ta' preċiżjoni rigward l-informazzjoni miġbura. Trid tingħata deskrizzjoni dwar l-istimi, l-aggregazzjonijiet jew l-esklużjonijiet, u l-mod kif dawn il-proċeduri jaffettwaw id-distribuzzjoni tal-kategoriji tal-iskart, li qegħdin elenkati fis-Sezzjoni 2(1) skont l-attivitajiet ekonomiċi u d-djar, kif imsemmi fis-Sezzjoni 8.
3. Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-kopertura u r-rapporti ta' kwalità fir-rapport stipulat fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.
▼M6
SEZZJONI 8
Produzzjoni ta’ riżultati
1. Ir-riżultati għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 3(1) għandhom jiġu kkumpilati għal dawn li ġejjin:
1.1. l-oġġetti li ġejjin, kif deskritti fit-termini tan-NACE:
|
Nru tal-Oġġett
|
|
Deskrizzjoni
|
|
1
|
Taqsima A
|
Agrikultura, foresterija u sajd
|
|
2
|
Taqsima B
|
Estrazzjoni mill-minjieri u mill-barrieri
|
|
3
|
Diviżjoni 10
|
Manifattura ta’ prodotti alimentari
|
|
Diviżjoni 11
|
Manifattura ta’ xorb
|
|
Diviżjoni 12
|
Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk
|
|
4
|
Diviżjoni 13
|
Manifattura ta’ tessuti
|
|
Diviżjoni 14
|
Manifattura ta’ lbies
|
|
Diviżjoni 15
|
Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati ta’ materjali oħra
|
|
5
|
Diviżjoni 16
|
Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, għajr għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal tad-dfir
|
|
6
|
Diviżjoni 17
|
Manifattura tal-karta u prodotti tal-karta
|
|
Diviżjoni 18
|
Stampar u riproduzzjoni ta’ media rrekordjata
|
|
7
|
Diviżjoni 19
|
Manifattura ta’ kokk u prodotti tal-petroleum raffinat
|
|
8
|
Diviżjoni 20
|
Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi
|
|
Diviżjoni 21
|
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u ta’ preparazzjonijiet farmaċewtiċi
|
|
Diviżjoni 22
|
Manifattura ta’ prodotti tal-lastiku u tal-plastik
|
|
9
|
Diviżjoni 23
|
Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra
|
|
10
|
Diviżjoni 24
|
Manifattura ta’ metalli bażiċi
|
|
Diviżjoni 25
|
Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikati, għajr il-makkinarju u t-tagħmir
|
|
11
|
Diviżjoni 26
|
Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi
|
|
Diviżjoni 27
|
Manifattura ta’ tagħmir elettriku
|
|
Diviżjoni 28
|
Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m.k.b.
|
|
Diviżjoni 29
|
Manifattura ta’ vetturi motorizzati, trejlers u semitrejlers
|
|
Diviżjoni 30
|
Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport
|
|
12
|
Diviżjoni 31
|
Manifattura ta’ għamara
|
|
Diviżjoni 32
|
Manifattura oħra
|
|
Diviżjoni 33
|
Tiswija, manutenzjoni u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir
|
|
13
|
Taqsima D
|
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kundizzjonata
|
|
14
|
Diviżjoni 36
|
Ġbir, trattament u provvista tal-ilma
|
|
Diviżjoni 37
|
Drenaġġ
|
|
Diviżjoni 39
|
Attivitajiet rimedjatorji u ta’ servizz oħra tal-immaniġġjar tal-iskart
|
|
15
|
Diviżjoni 38
|
Attivitajiet ta’ ġbir, irkupru u rimi ta’ skart
|
|
16
|
Taqsima F
|
Kostruzzjoni
|
|
17
|
|
Attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel:
|
|
Taqsima G, għajr il-kategorija 46.87
|
Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut
|
|
Taqsima H
|
Trasportazzjoni u ħżin
|
|
Taqsima I
|
Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel
|
|
Taqsima J
|
Pubblikazzjoni, xandir, u attivitajiet ta’ produzzjoni u distribuzzjoni tal-kontenut
|
|
Taqsima K
|
Telekomunikazzjoni, programmar tal-kompjuter, konsulenza, infrastruttura tal-informatika u attivitajiet oħra ta’ servizz tal-informazzjoni
|
|
Taqsima L
|
Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni
|
|
Taqsima M
|
Attivitajiet ta’ proprjetà immobbli
|
|
Taqsima N
|
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi
|
|
Taqsima O
|
Attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ
|
|
Taqsima P
|
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja
|
|
Taqsima Q
|
Edukazzjoni
|
|
Taqsima R
|
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali
|
|
Taqsima S
|
Arti, sport u rikreazzjoni
|
|
Taqsima T
|
Attivitajiet oħra ta’ servizzi
|
|
Taqsima U
|
Attivitajiet tal-unitajiet domestiċi bħala impjegaturi; attivitajiet ta’ unitajiet domestiċi għall-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux diffirenzjati għall-użu proprju
|
|
Taqsima V
|
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali
|
|
18
|
Klassi 46.87
|
Kummerċ bl-ingrossa tal-iskart u r-ruttam
|
|
Nru tal-Oġġett
|
|
Deskrizzjoni
|
|
19
|
|
Skart iġġenerat mill-unitajiet domestiċi
|
2. Għall-attivitajiet ekonomiċi, l-unitajiet statistiċi huma unitajiet lokali jew unitajiet ta’ attività ekonomika, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (
11
), skont is-sistema statistika ta’ kull wieħed mill-Istati Membri.
Fir-rapport dwar il-kwalità, li għandu jsir skont it-Taqsima 7, jenħtieġ li tiġi inkluża deskrizzjoni dwar kif l-unità tal-istatistika magħżula taffettwa r-raggruppamenti tad-distribuzzjoni tad-data tan-NACE.
▼M5