+Artikolu 30b Permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra
---+Artikolu 30b 1.
---+Artikolu 30b 2.
---+Artikolu 30b 3.
---+Artikolu 30b 4.
---+Artikolu 30b 5.
---+Artikolu 30b 6.
|
Artikolu 30b Permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2025, l-ebda entità regolata ma twettaq l-attività msemmija fl-Anness III, sakemm dik l-entità regolata ma jkollhiex permess maħruġ minn awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 30b 2.
|
Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti mill-entità regolata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont dan il-Kapitolu għandha tinkludi, mill-inqas, deskrizzjoni ta':
(b)
it-tip ta' fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum u li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III u l-mezzi li permezz tagħhom tirrilaxxa dawk il-fjuwils għall-konsum;
(c)
l-użu/ jew l-użi finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum għall-attività msemmija fl-Anness III;
(d)
il-miżuri ppjanati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet, f'konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 u 30f;
(e)
sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 30b 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni lill-entità regolata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-attività msemmija fl-Anness III, jekk tkun sodisfatta li l-entità hija kapaċi timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III.
|
|
Artikolu 30b 4.
|
Il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandu jkun fihom, mill-inqas, dawn li ġejjin:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-entità regolata;
(b)
deskrizzjoni tal-mezzi li bihom l-entità regolata tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;
(c)
lista tal-fjuwils li l-entità regolata tirrilaxxa għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;
(d)
pjan ta' monitoraġġ li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;
(e)
ir-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;
(f)
obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti, maħruġa taħt dan il-Kapitolu, ugwali għall-emissjonijiet totali f'kull sena kalendarja, kif ivverifikati f'konformità mal-Artikolu 15, u sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 30e(2).
|
|
Artikolu 30b 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet regolati jaġġornaw il-pjanijiet ta' monitoraġġ mingħajr ma jbiddlu l-permess. L-entitajiet regolati għandhom jissottomettu kwalunkwe pjan ta' monitoraġġ aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 30b 6.
|
L-entità regolata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla ppjanata fin-natura tal-attività tagħha jew fil-fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum, li tista' tirrikjedi aġġornament tal-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess f'konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14. Meta jkun hemm bidla fl-identità tal-entità regolata koperta minn dan il-Kapitolu, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex ikun jinkludi l-isem u l-indirizz tal-entità regolata l-ġdida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|