|
+Artikolu 30b 4. |
Artikolu 30b 4.Il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandu jkun fihom, mill-inqas, dawn li ġejjin:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-entità regolata;
(b)
deskrizzjoni tal-mezzi li bihom l-entità regolata tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;
(c)
lista tal-fjuwils li l-entità regolata tirrilaxxa għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;
(d)
pjan ta' monitoraġġ li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;
(e)
ir-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;
(f)
obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti, maħruġa taħt dan il-Kapitolu, ugwali għall-emissjonijiet totali f'kull sena kalendarja, kif ivverifikati f'konformità mal-Artikolu 15, u sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 30e(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|