+ANNESS III Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni

ANNESS III Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni

ANNESS III

Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni

I.   Ippostjar fuq skala makro

Is-siti tal-postijiet fejn jittieħdu l-kampjuni għandhom jintgħażlu b’mod li:

— jipprovdu data dwar it-terren fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-popolazzjoni x’aktarx tkun esposta direttament jew indirettament għall-ogħla konċentrazzjonijiet b’medja meħuda matul sena kalendarja;

— jipprovdu data dwar livelli F’terreni oħrajn fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li tkun rappreżentattiva ta’ l-esposizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali;

— jipprovdu data dwar ir-rati ta’ depożizzjoni li tirrappreżenta l-esposizzjoni indiretta tal-popolazzjoni permezz tal-katina tal-ikel.

Ġeneralment il-postijiet fejn jittieħdu l-kampjuni għandhom ikunu sitwati b’tali mod sabiex ikun evitat il-kejl ta’ ambjenti micro żgħar ħafna fil-viċinanza immedjata tagħhom. Bħala linja gwida, post fejn jinġabru l-kampjuni għandu jkun rappreżentattiv tal-kwalità ta’ l-arja F’żoni traffikużi ta’ l-inħawi ta’ mhux anqas minn 200 m2, mill-inqas 250 m × 250 m F’żoni industrijali, fejn possibbli, u diversi kilometri kwadri F’siti bi sfond urbanistiku.

Fejn l-għan ikun li jiġu stmati l-livelli ta’ l-isfond, il-post fejn jinġabru l-kampjuni ma għandux ikun influwenzat minn agglomerazzjonijiet jew siti industrijali fil-viċinanzi tiegħu, jiġifieri siti eqreb minn ftit kilometri.

Fejn se jiġu stmati kontribuzzjonijiet minn sorsi industrijali, mill-inqas post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni għandu jiġi nstallat fl-eqreb żona residenzjali fuq in-naħa tas-sorsi minn fejn ikun qed jonfoħ ir-riħ. Fejn ma tkunx magħrufa l-konċentrazzjoni ta’ l-isfond, għandu jiġi ppustjat post addizzjonali minn fejn jinġabru l-kampjuni fid-direzzjoni prinċipali tar-riħ. B’mod partikolari fejn ikun japplika l-Artikolu 3(3), il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom jiġu ppustjati b’mod li l-BAT tkun tista’ tiġi monitorjata.

Fejn hu possibbli, il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ siti simili mhux fil-viċinanza immedjata tagħhom. Fejn xieraq għandhom jikkoinċidu mal-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-PM10.

II.   Ippostjar fuq skala mikro

Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti safejn ikun prattiku:

— il-fluss madwar id-daħla tas-sonda li tieħu l-kampjun m’għandux ikun ristrett, m’għandu jkun hemm ebda ostruzzjoni li tolqot il-passaġġ ta’ l-arja fil-viċinanzi tat-tagħmir li jieħu l-kampjun (normalment ftit metri l-bogħod mill-bini, gallariji, siġar u ostakoli oħra u mill-inqas 0.5 m mill-bini l-iżjed viċin fil-każ tal-postijiet ta’ fejn jinġabru l-kampjuni li jirrappreżentaw il-kwalità ta’ l-arja mal-linja tal-bini);

— b’mod ġenerali, il-punt tad-daħla li minnha jittieħed il-kampjun għandu jkun bejn 1.5 m (iż-żona li fiha jittieħed in-nifs) u 4 m ’l fuq mill-art. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jkunu neċessarji posizzjonijiet ogħla (sa 8 m). Lokalizzazzjoni ogħla tista’ wkoll tkun approprjata jekk l-istazzjon huwa rappreżentativ ta’ żona kbira;

— id-daħla tas-sonda ma għandhiex tkun imqiegħda fil-viċinanzi immedjati ta’ sorsi sabiex jiġi evitat it-teħid dirett ta’ emissjonijiet mhux imħalltin ma’ l-arja ambjentali;

— il-fokka ta’ exhaust tat-tagħmir li jieħu l-kampjuni għandha titqiegħed b’mod li tiġi evitata r-riċirkolazzjoni ta’ l-arja ta’ l-exhaust lejn id-daħla tat-tagħmir;

— il-punti sitwati fit-traffiku li minnhom jittieħdu kampjuni għandhom ikunu ta’ l-inqas 25 metru mit-tarf ta’ junction prinċipali, u ta’ l-inqas 4 metri ‘l bogħod miċ-ċentru ta’ l-eqreb korsija tat-traffiku; punti ta’ dħul għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kwalità ta’ l-arja ħdejn il-linja tal-bini;

— għall-kejl ta’ depożizzjoni f’żoni ta’ sfond rurali, il-linji gwida u kriterji ta’ l-EMEP għandhom jiġu applikati sa fejn hu prattikabbli u fejn ma jkunx hemm provvediment għalihom f’dawn l-Annessi.

Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll:

— is-sorsi li jiddisturbaw;

— is-sigurtà;

— l-aċċess;

— id-disponibbiltà ta’ elettriku u komunikazzjonijiet telefoniċi;

— il-viżibbiltà tas-sit fir-rigward ta’ l-inħawi tiegħu;

— is-sigurtà tal-pubbliku u ta’ l-operaturi;

— l-interess li l-postijiet fejn jinġabru kampjuni ta’ sustanzi li jniġġsu differenti jikkoinċidu;

— il-ħtiġijiet ta’ ippjanar.

III.   Dokumentazzjoni u R-Reviżjoni ta’ l-Għażla tas-siti

Il-proċeduri għall-għażla tas-sit għandhom jiġu dokumentati bis-sħiħ fil-fażi ta’ klassifikazzjoni b’mezzi bħal ritratti taż-żona ċirkostanti bil-punti tal-kumpass indikati fuqhom u mappa dettaljata. Is-siti għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari b’dokumentazzjoni ripetuta biex jiġi żgurat li l-kriteri ta’ għażla jibqgħu validi maż-żmien.

IV.   Il-kriterji sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ postijiet ta’ fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss ta’ konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali

In-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss sabiex tiġi stmata l-konformità mal-valuri ta’ mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-kejl fiss huwa s-sors ta’ informazzjoni waħdieni.

(a)   Sorsi diffużi


Popolazzjoni ta’ l-agglomerazzjoni jew żoni

(eluf)

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-limitu ta’ stima superjuri (1)

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jinsabu bejn il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri

As, Cd, Ni

B(a)P

As, Cd, Ni

B(a)P

0–749

1

1

1

1

750–1 999

2

2

1

1

2 000 –3 749

2

3

1

1

3 750 –4 749

3

4

2

2

4 750 –5 999

4

5

2

2

≥ 6 000

5

5

2

2

(1)   Għandu jinkludi mill-anqas stazzjon wieħed bi sfond urbanistiku u għall-benzo(a)pirene wkoll stazzjon wieħed traffikuż, sakemm dan ma jżidx man-numru ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni.

(b)   Siti ta’ emissjoni

Għall-istima tat-tniġġis qrib sorsi ta’ emissjoni, l-għadd ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss għandu jiġi ddeterminat billi jittieħed kont tad-densitajiet ta’ l-emissjonijiet, tax-xejriet probabbli tad-distribuzzjoni tat-tniġġis ta’ l-arja ambjentali u ta’ l-esposizzjoni potenzjali tal-popolazzjoni.

Il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom ikunu sitwati b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT kif definita bl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE tkun tista’ tiġi monitorjata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0107
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.