|
+Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd ---+Article 3 1. ---+Article 3 2. ---+Article 3 3. ---+Article 3 4. ---+Article 3 5. ---+Article 3 6. |
Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajdArtikolu 3 Permess speċjali tas-sajd 1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità biss li jkollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom b'konformità tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 ( 8 ) għandhom ikunu awtorizzati, skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-permess, li jistadu, li jżommu abbord, li jagħmlu t-trasbord jew li jħottu l-art riżorsi tas-sajd miż-żona tal-Konvenzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-permess imsemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna d-dgħajsa koperta bil-permess: (a) l-isem tad-dgħajsa konċernata; (b) it-tip ta’ bastiment; (ċ) it-tul; (d) in-numru IMO tad-dgħajsa (jekk maħruġ); (e) fejn u meta nbena; (f) il-bandiera preċedenti, jekk kien hemm; (g) is-Sinjal ta’ Sejħa bir-Radju internazzjonali; (h) l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) tad-dgħajsa, u kwalunkwe sid(ien) benefiċjarju/i, jekk magħruf/a; (i) ritratti bil-kulur tad-dgħajsa, li għandhom jikkonsistu minn: (i) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa (starboard side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha; (ii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tax-xellug tad-dgħajsa (port side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha; (iii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri l-poppa, meħud direttament minn wara; (j) il-perijodu li fih huwa awtorizzat li jistad fiż-żona tal-Konvenzjoni, bid-dati li fihom l-attivitajiet tas-sajd jibdew u jispiċċaw; (k) iż-żona jew iż-żoni tas-sajd; (l) l-ispeċi mmirati; (m) it-tagħmir użat; (n) il-miżuri meħuda sabiex jiżguraw it-tħaddim bla tbagħbis tat-tagħmir ta’ monitoraġġ bis-satellita installat abbord. L-Istati Membri għandhom, safejn huwa prattikabbli, jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar id-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-CCAMLR: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur, jekk differenti minn dak tas-sid(ien) tad-dgħajsa; (b) l-ismijiet u n-nazzjonalità tal-kaptan u, fejn applikabbli, tal-kaptan tas-sajd; (ċ) it-tip tal-metodu jew metodi ta’ sajd; (d) il-wisa’ (ta’ l-aktar parti wiesgħa) (m); (e) it-tunnellaġġ gross reġistrat; (f) it-tip u n-numri tal-komunikazzjoni tad-dgħajsa (in-numri INMARSAT A, B u Ċ); (g) l-għadd normali ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ; (h) is-saħħa tal-magna jew magni prinċipali (kW); (i) il-kapaċità tal-ġarr (tunnellati), numru ta’ stivi tal-ħut u l-kapaċità tagħhom (m3); (j) kwalunkwe informazzjoni oħra (eż. klassifikazzjoni tas-silġ) meqjusa xierqa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali informazzjoni mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-CCAMLR. 3. L-informazzjoni trasmessa lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tinkludi in-numru tar-reġistru intern tal-flotta kif hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna ir-reġistru tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità ( 9 ), flimkien mad-dettalji tal-port residenzali u ta' l-ismijiet tal-padrun jew tal-kerrej tad-dgħajjsa, u għandha tkun akkumpanjata bin-notifika li l-kaptan tad-dgħajjsa ikun ġie infurmat bil-miżuri fis-seħħ għaż-żona jew iż-żoni li fihom id-dgħajjsa tkun sejra tista fiż-żona tal-Konvenzjoni. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8. 5. L-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permess speċjali tas-sajd lid-dgħajjes li jkollhom l-intenzjoni li jinvolvu rwieħhom fis-sajd bil-konz fit-tul ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3), it-tieni paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi applikabli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta bil-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku ( 10 ). 6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|