|
+Artikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifika ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. |
Artikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifikaArtikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifika 1. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intezjoni li jwettqu riċerka xjentifika meta l-estimi tal-qabda jkun mistenni li jkun anqas minn 50 tunnellata, inklużi mhux aktar minn 10 tunnellati ta' Dissostichus spp., u anqas minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari ta' krill, klamari u granċi, għandu jippreżenta direttamenti lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata; (b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha; (ċ) id-diviżjoni u s-subżoni li fihom ir-riċerka għandha tkun imwettqa; (d) l-estimi tad-dati tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tal-Konvenzjoni; (e) l-iskop tar-riċerka; (f) it-tgħammir tas-sajd li aktarx li jkun użat. 2. Id-dgħajjes tal-Komunità referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mill-miżuri tal-konservazzjoni li jirrigwardjaw id-daqs tat-toqob tax-xbieki, projbizzjonijiet tat-tipi ta' l-apparat, iż-żoni magħluqa, l-istaġuni tas-sajd u l-limiti tal-daqsijiet, il-ħtiġiet tas-sistema tar-rapportaġġ apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9(6), u l-Artikolu 16(1). 3. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intenzjoni li jwettqu riċerka xjentifika li fiha l-estimi tal-qabda totali jkunu mistennija li jkunu aktar minn 50 tunnellata, jew aktar minn 10 tunnellatai ta' Dissostichus spp., jew aktar minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari għall-krill, klamari u granċijiet, għandu jippreżenta lejn il-CCAMLR għal reviżjoni, b'kopja lejn il-Kummissjoni, tal-programm tar-riċerka bi qbil mal-linji ta' gwida standardizzati u tal-formati adottati mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR, minn anqas sitt xhur bil-quddiem tad-data ippjanata tal-bidu tar-riċerka. Is-sajd ippjanat għal skopijiet tar-riċerka m'għandux jipproċiedi sakem il-proċess ta' reviżjoni jkun twettaq kollu mill-CCAMLR u d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet notifikata. 4. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lejn il-CCAMLA, b'kopja lejn il-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni tal-qabda u tal-isforz li jirriżultaw minn xi riċerka xjentifika suġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 3. Sommarju tar-riżultati għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 180 jum mid-data tat-twettieq tat-riċerka. Rapport sħiħ tar-riżultati tar-riċerka għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 12 il-xahar mid-data tat-twettieq tat-riċerka. 5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|