+ANNESS Kriterji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni

ANNESS Kriterji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni

ANNESS

Kriterji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni

Id-deċiżjonijiet għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandhom jittieħdu skont il-merti ta’ kull każ individwali. Skont il-merti ta’ kull każ, trasportatur jew it-trasportaturi kollha ċċertifikati fl-istess stat jista’/jistgħu jkun(u) eliġibbli għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

A. Fil-kunsiderazzjoni ta’ jekk jenħtieġx li trasportatur jew it-trasportaturi kollha tal-ajru jiġi/u totalment jew parzjalment projbit(i), għandu jiġi evalwat jekk it-trasportatur tal-ajru hux qed jissodisfa l-istandards rilevanti tas-sikurezza billi jitqiesu dawn li ġejjin:

1. 

Evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji fis-sikurezza min-naħa ta’ trasportatur tal-ajru:

(a) 

rapporti li juru nuqqasijiet serji fis-sikurezza, jew nuqqas persistenti min-naħa tat-trasportatur biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati bi spezzjonijiet fir-rampa mwettqa fil-qafas tal-programm tal-UE tal-Ispezzjoni fir-Rampa ( 2 ) li ġew ikkomunikati qabel lit-trasportatur;

(b) 

nuqqasijiet identifikati fil-qafas tad-dispożizzjonijiet għall-ġbir tal-informazzjoni fis-Subparti RAMP tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 3 );

(c) 

projbizzjoni ta’ operar imposta fuq trasportatur minn pajjiż terz minħabba nuqqasijiet sostanzjati relatati ma’ standards rilevanti tas-sikurezza;

(d) 

informazzjoni sostanzjata relatata ma’ aċċidenti jew inċidenti serji li tindika nuqqasijiet sistemiċi latenti fis-sikurezza;

(e) 

informazzjoni miġbura permezz tal-proċess ta’ Awtorizzazzjoni tal-Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi, dwar jekk twettaqx monitoraġġ inizjali jew kontinwu mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”), u b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija rigward ir-rifjut ta’ applikazzjoni skont il-punt ART.200(e)(1) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 ( 4 ) jew is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni skont il-punt ART.235, għal raġunijiet ta’ sikurezza.

2. 

Nuqqas ta’ kapaċità u/jew rieda ta’ trasportatur tal-ajru li jindirizza nuqqasijiet fis-sikurezza kif murija permezz ta’:

(a) 

nuqqas ta’ trasparenza jew komunikazzjoni adegwata u fil-ħin min-naħa ta’ trasportatur bħala rispons għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija rigward l-aspett tas-sikurezza tal-operazzjonijiet tiegħu;

(b) 

pjan ta’ azzjoni korrettiva mhux xieraq jew insuffiċjenti mħejji bħala rispons għal xi nuqqas serju identifikat fis-sikurezza.

3. 

Nuqqas ta’ kapaċità u/jew rieda tal-awtoritajiet b’responsabbiltà għas-sorveljanza regolatorja ta’ trasportatur tal-ajru biex jindirizzaw nuqqasijiet fis-sikurezza kif murija permezz ta’:

(a) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru, mal-Kummissjoni jew mal-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat ieħor, meta jkun tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operar ta’ trasportatur liċenzjat jew iċċertifikat f’dak l-Istat;

(b) 

kapaċità insuffiċjenti tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu sorveljanza regolatorja tat-trasportatur biex jiġu implimentati u infurzati l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Jenħtieġ li jitqiesu b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(i) 

l-awditjar u l-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva relatati stabbiliti fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jew fil-qafas ta’ kwalunkwe dritt applikabbli tal-Unjoni;

(ii) 

jekk l-awtorizzazzjoni ta’ operar jew il-permess tekniku ta’ kwalunkwe trasportatur taħt is-sorveljanza ta’ dak l-Istat kinux ġew rifjutati jew revokati qabel minn xi Stat ieħor;

(iii) 

iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ma nħariġx mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn it-trasportatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu;

(c) 

kapaċità insuffiċjenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li fih l-inġenju tal-ajru użat mit-trasportatur tal-ajru jkun irreġistrat biex jissorveljaw l-inġenju tal-ajru użat mit-trasportatur f’konformità mal-obbligi fil-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

B. F’konformità mal-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, meta jitqies jekk il-lista tal-Unjoni għandhiex tiġi aġġornata biex trasportatur tal-ajru jitneħħa mil-lista minħabba li n-nuqqasijiet fis-sikurezza jkunu ġew rimedjati u ma jkun hemm l-ebda raġuni oħra, abbażi tal-kriterji komuni elenkati fit-taqsima A, biex it-trasportatur tal-ajru jinżamm fil-lista tal-Unjoni, l-elementi li ġejjin jistgħu jitqiesu li jipprovdu evidenza ta’ dan:

1. 

evidenza verifikabbli li n-nuqqasijiet identifikati jkunu ġew rettifikati b’mod sostenibbli, li tindika li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma għalkollox mal-istandards rilevanti tas-sikurezza u jkun qed jimplimentahom;

2. 

ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi tal-ajru mwettqa mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi tal-ajru f’konformità mal-proċess tal-ICAO, b’evidenza li l-attivitajiet kollha jkunu ġew dokumentati kif xieraq;

3. 

evidenza verifikabbli tal-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru;

4. 

kapaċità verifikabbli tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru biex jinfurzaw sistema regolatorja soda;

5. 

evidenza verifikabbli li s-sorveljanza effettiva tkun qed titwettaq mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru, li tippermetti l-infurzar u r-rispett adegwat tal-istandards rilevanti tas-sikurezza;

6. 

informazzjoni miġbura permezz tal-proċess TCO, dwar jekk twettaqx monitoraġġ inizjali jew kontinwu mill-Aġenzija;

7. 

informazzjoni miġbura permezz tal-ispezzjonijiet fir-rampa.


( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 2 ) Programm Ewropew rigward il-prestazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru użati minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (SAFA) jew użati minn operaturi taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ Stat Membru ieħor tal-UE (SACA).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.04.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005R2111
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.