|
+Artikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. |
Artikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawmArtikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm 1. Bħala riżultat ta’ l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li titwettaq skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, jikklassifikaw l-ilma għall-għawm bħala: (a) “fqir”; (b) “suffiċjenti”; (ċ) “tajjeb”; jew (d) “eċċellenti”. 2. L-ewwel klassifikazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha titlesta sat-tmiem ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015. Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”), il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2019. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-aħħar ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015, l-ilmijiet għall-għawm kollha jkunu, għall-inqas, “suffiċjenti”. Għandhom jieħdu dawk il-miżuri realistiċi u proporzjonati li jidhrulhom xierqa bil-ħsieb li jżidu n-numru ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “eċċellenti” jew “tajba”. Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2031. 4. Madankollu, minkejja r-rekwiżit ġenerali tal-paragrafu 3, l-ilmijiet għall-għawm jistgħu jiġu klassifikati temporanjament bħala “fqar” u xorta jibqgħu konformi ma’ din id-Direttiva. F’ dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti: (a) Fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm klassifikat bħala “fqir”, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin b’effett mill-istaġun ta’ l-għawm li jiġi wara l-klassifikazzjoni tiegħu: (i) miżuri amministrattivi adegwati, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ għawm jew avviż kontra l-għawm, bil-għan li tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis; (ii) identifikazzjoni tal-kawżi u r-raġunijiet għan-nuqqas tal-kisba ta’ l-istatus “suffiċjenti”; (iii) miżuri adegwati sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u (iv) skond l-Artikolu 12, jiġi avżat il-pubbliku b’tabella ta’ twiddib ċara u sempliċi u jiġu informati bil-kawżi tat-tniġġis u l-miżuri li qed jittieħdu, abbażi tal-profil ta’ l-ilma għall-għawm. (b) Jekk xi ilma għall-għawm jiġi klassifikat bħala “fqir” għal ħames snin konsekuttivi, għandha tiġi introdotta projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew għandu jiġi introdott avviż permanenti kontra l-għawm. Madankollu, Stat Membru jista’ jintroduċi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew avviż permanenti kontra l-għawm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin jekk jikkonsidra li l-kisba tal-kwalità “suffiċjenti” ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi spiża sproporzjonata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|