+ANNESS V Regoli dwar it-trattament ta’ kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika

ANNESS V Regoli dwar it-trattament ta’ kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika

ANNESS V

Regoli dwar it-trattament ta’ kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika

1.   Il-punt tal-ġir tal-kampjuni

Fejn ikun possibbli, il-kampjuni għandhom jittieħdu 30 ċentimetru taħt il-wiċċ ta’ l-ilma u f’ilma li huwa mill-inqas metru fond.

2.   Sterilizzazzjoni tal-fliexken tal-kampjuni

Il-fliexken tal-kampjuni għandhom:

— jiġu sterilizzati f’awtoklava għal mhux anqas minn 15-il minuta f’temperatura ta’ 121 oC; jew

— issirilhom sterilizzazzjoni xotta f’temperatura ta’ bejn 160 oC u 170 oC għal mhux anqas minn siegħa; jew

— ikunu kontenituri irradjati ta’ kampjuni akkwistati direttament mingħand il-manifattur.

3.   Ġbir ta’ kampjuni

Il-volum tal-flixkun/kontenitur tal-kampjuni għandu jiddependi mill-kwantità ta’ l-ilma meħtieġa għall-eżami ta’ kull parametru. Il-kontenut minimu huwa ġeneralment ta’ 250 ml.

Il-kontenituri tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ materjal trasparenti u mhux ikkulurit (ħġieġ, politin jew polipropelin).

Sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni aċċidentali tal-kampjun, min jieħu l-kampjun għandu juża teknika aseptika biex jippreserva l-isterilità tal-fliexken tal-kampjuni. Jekk dan isir sewwa ma jkunx hemm aktar bżonn ta’ tagħmir sterili (bħal ingwanti kirurġiċi sterili jew forċipi jew sample pole).

Il-kampjun għandu jiġi identifikat b’mod ċar b’linka permanenti fuq il-kampjun u fuq il-formola tal-ġbir ta’ kampjuni.

4.   Il-ħażna u t-trasport ta’ kampjuni qabel l-analiżi

Il-kampjuni ta’ l-ilma għandhom jiġu protetti fl-istadji kollha tat-trasport mill-espożizzjoni għad-dawl, b’mod partikulari d-dawl tax-xemx dirett.

Il-kampjun għandu jiġi ppreservat f’temperatura ta’ madwar 4 oC, f’kaxxa mkessħa jew refrigerator (skond il-klima) sal-wasla tiegħu fil-laboratorju. Jekk it-trasport lejn il-laboratorju probabbilment jieħu iktar minn 4 sigħat, huwa meħtieġ trasport f’refrigerator.

Il-perjodu bejn il-ġbir ta’ kampjuni u l-analiżi għandu jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Huwa rrakkomandat li l-kampjuni jiġu analizzati fl-istess ġurnata ta’ xogħol. Jekk dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet prattiċi, il-kampjuni għandhom jiġu proċessati fi żmien ta’ mhux iktar minn 24 siegħa. Sadanittant, huma għandhom jinħażnu fid-dlam u f’temperatura ta’ 4 oC ± 3 oC.


( 1 ) ĠU C 45 E, 25.2.2003, p. 127.

( 2 ) ĠU C 220, 16.9.2003, p. 39.

( 3 ) ĠU C 244, 10.10.2003, p. 31.

( 4 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 115). Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 (ĠU C 111 E, 11.5.2005, p. 1) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Rizoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005.

( 5 ) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

( 6 ) ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

( 7 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 8 ) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

( 9 ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru. 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

( 10 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

( 11 ) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

( 12 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 13 ) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

( 14 ) “L-aħħar perjodu ta’ stima” tfisser l-aħħar erba’ staġuni ta’ l-għawm, jew, fejn ikun applikabbli, il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4(2) jew (4).

( 15 ) Abbażi ta’ stima perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbilità normali log10 tad-data mikrobijoloġika miksuba mill-ilma għall-għawm partikulari, il-valur perċentili huwa kkalkolat kif ġej:

(i) Ħu l-valur log10 ta’ l-enumerazzjonijiet kollha tal-batterji fis-sekwenza tad-data li għandha tiġi kkalkolata. (Jekk ikun miksub valur żero, minflok, ħu l-valur log10 tal-limitu minimu ta’ perċezzjoni tal-metodu analitiku li kien użat.)

(ii) Ikkalkula l-medja aritmetika tal-valuri log10 (μ).

(iii) Ikkalkula d-devjazzjoni standard tal-valuri log10 (σ).

Il-punt superjuri tad-90 perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 90 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,282 σ).

Il-punt superjuri tad-95 e perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 95 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,65 σ).

( 16 ) “Agħar” tfisser valuri ogħla ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.

( 17 ) “Aħjar” tfisser valuri inferjuri ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.