+Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

1) “skart” huwa kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;

2) “skart perikoluż”huwa kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 16 );

3) “skart inerti” tfisser skart li ma jkunx soġġett għal xi trasformazzjoni fiżika, kimika jew bijoloġika sinifikanti. Skart inerti ma jdubx, ma jinħaraqx jew inkella ma jirreaġixxix fiżikament jew kimikament, ma jkunx bijodegradabbli jew ma jaffetwax ħażin materjal ieħor li jiġi f’kuntatt miegħu b’mod li x'aktarx joħloq tniġġiż lill-ambjent jew jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Il-kapaċità li jerħi u l-kontenut ta’ tniġġiż totali ta’ l-iskart u l-ekotossiċià tal-lissija għandhom ikunu insinifikanti, u partikolarment ma joħolqux periklu għall-kwalità ta’ l-ilma tal-wiċċ u/jew ta’ l-ilma ta' taħt l-art;

4) “ħamrija mhux imniġġsa” tfisser ħamrija li titneħħa mis-saff ta’ fuq ta’ l-art waqt attivitajiet ta’ estrazzjoni u li mhix meqjusa bħala mniġġsa skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn jinsab is-sit jew skond il-liġi Komunitarja;

5) “riżorsa minerali” jew “minerali” tfisser depożitu li jinsab b’mod naturali fil-qoxra tad-dinja ta’ sustanza organika jew inorganika, bħal per eżempju karburanti għall-enerġija, metalli mhux maħdumin, minerali industrijali u minerali ta’ kostruzzjoni, iżda eskluż l-ilma;

6) “industriji ta’ l-estrazzjoni” tfisser l-istabbilimenti u l-impriżi kollha involuti fl-estrazzjoni, mill-wiċċ jew minn taħt l-art, ta’ riżorsi minerali għal finijiet kummerċjali, inkluża l-estrazzjoni permezz ta’ titqib ta’ spieri, jew it-trattament tal-materjal estratt;

7) “barra mix-xtut” tfisser iż-żona tal-baħar u qiegħ il-baħar li testendi mill-marka ta’ l-ilma baxxa tal-marea ordinarja jew medja ‘l barra;

8) “trattament” tfisser il-proċess mekkaniku, fiżiku, bijoloġiku, termali jew kimiku jew kombinazzjoni ta’ proċessi mwettqa fuq riżorsi minerali, inkluż mill-qtugħ ta' barrieri bil-ħsieb li jiġi estratt il-mineral, inklużi t-tibdil fid-daqs, il-klassifikazzjoni, is-separazzjoni u l-lissija, u l-ipproċessar mill-ġdid ta’ skart li ġie mormi preċedentement, iżda esklużi t-tidwib, il-proċessi ta’ manifatturar termali (ħlief il-ħruq tal-ġebla tal-franka) u proċessi metallurġiċi;

9) “tailings” tfisser l-iskart solidu jew taħlita ta’ materjal ta’ skart insolubbli li jibqa’ wara t-trattament ta’ minerali mill-proċessi ta’ separazzjoni (eż. tfarrik, tħin, għażla skond id-daqs, flotation u tekniki fiżiko-kemikali oħra) sabiex jitneħħew minerali ta’ valur minn blat ta’ valur minuri;

10) “borġ” tfisser faċilità mgħammra għad-depożitu ta’ skart solidu fil-wiċċ;

11) “diga” tfisser struttura mgħammra maħsuba għaż-żamma jew l-għeluq ta’ ilma u jew skart ġewwa għadira;

12) “għadira” tfisser faċilità naturali jew mgħammra għall-eliminazzjoni ta’ skart fin, normalment tailings, flimkien ma’ ammonti varjabbli ta’ ilma ħieles, li jirriżulta mit-trattament ta’ riżorsi minerali u mid-depurazzjoni u r-reċiklaġġ ta’ ilma ta’ proċess;

13) “ċjanur dissoċjabbli b’aċtu dgħajjef” tfisser ċjanur u komponenti taċ-ċjanur li huma dissoċjati b’aċtu dgħajjef f’pH definit;

14) “lissija” tfisser kull likwidu li jiġi filtrat minn ġo skart depositat u li joħroġ minn jew jinżamm f’faċilità ta’ l-iskart, inkluż dranaġġ imniġġeż, li jista’ jeffettwa l-ambjent b’mod negattiv jekk mhux trattat b’mod adegwat;

15) “faċilità ta’ l-iskart” tfisser kwalunkwe żona maħsuba għall-ġbir jew id-depożitu ta’ skart ta’ l-estrazzjoni, kemm jekk fi stat solidu jew likwidu jew f’soluzzjoni jew f’sospensjoni, għall-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

— l-ebda perjodu ta’ żmien għal faċilitajiet ta’ l-iskart ta' Kategorija A u faċilitajiet għal skart meqjus perikoluż fil-pjan ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart;

— perjodu ta’ iżjed minn sitt xhur għal faċilitajiet għal iskart perikoluż iġġenerat b’mod mhux mistenni;

— perjodu ta’ iżjed minn sena għal faċilitajiet għal iskart mhux perikoluż u mhux inerti;

— perjodu ta’ iżjed minn tliet snin għal faċilitajiet għal ħamrija mhux imniġġsa, l-iskart mhux perikoluż mit-tiftix, l-iskart li jirriżulta mill-estrazzjoni, it-trattament u l-ħażna ta’ pit u skart inerti.

Tali faċilitajiet huma meqjusa li jinkludu kwalunkwe diga jew struttura oħra li sservi sabiex tikkontjeni, iżżomm, tikkonfina jew b'xi mod ieħor ssostni tali faċilità, u wkoll li jinkludu, iżda ma tkunx limitata għal borġijiet u għadajjar, iżda jeskludu spazji vojta ta' skavar li fihom l-iskart huwa sostitwit, wara l-estrazzjoni tal-minerali, għall-fini ta’ riabilitazzjoni u bini;

16) “inċident maġġuri” tfisser ġrajja fis-sit waqt operazzjoni li tinvolvi l-immaniġġar ta’ skart ta' estrazzjoni fi kwalunkwe stabbiliment kopert min din id-Direttiva, li twassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent, kemm jekk minnufih jew fuq tul ta’ żmien, fis-sit jew barra mis-sit;

17) “sustanza perikoluża” tfisser sustanza, taħlita jew preparat li hija perikoluża skond it-tifsira fid-Direttiva 67/548/KEE ( 17 ) jew fid-Direttiva 1999/45/KE ( 18 );

18) “l-aqwa tekniki disponibbli” huwa kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE;

19) “korp ta’ l-ilma li jirċievi” tfisser ilmijiet tal-wiċċ, ilma ta’ taħt l-art, ilmijiet transizzjonali, u ilma tal-kosta kif definiti fl-Artikolu 2(1), (2), (6) u (7) tad-Direttiva 2000/60/KE, rispettivament;

20) “riabilitazzjoni” tfisser it-trattament ta’ l-art affettwata minn faċilità ta’ l-iskart b’tali mod li l-art tinġieb lura fi stat sodisfaċenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-ħamrija, s-selvaġġina, l-ambjenti naturali, is-sistemi ta’ l-ilma ħelu, il-pajsaġġ u użi ta' benefiċċju xierqa;

21) “tfittix” tfisser it-tfittxija għal depożiti minerali ta' valur ekonomiku inkluż it-teħid ta’ kampjuni, it-teħid ta’ kampjuni bil-kwantità, it-titqib u t-tħaffir ta’ trinek, iżda eskluż kwalunkwe xogħol meħtieġ għall-iżvilupp ta’ tali depożiti, u kwalunkwe attività marbuta ma’ operazzjoni eżistenti ta’ estrazzjoni;

22) “il-pubbliku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew aktar minn waħda u, skond il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

23) “il-pubbliku konċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li probabbilment ikun effettwat minn, jew li għandu interess fi, t-teħid ta’ deċiżjoni ambjentali skond l-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva attwali; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet non-governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe ħtieġa skond il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom tali interess;

24) “operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-immaniġġar ta’ skart ta’ estrazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn iseħħ l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluż fir-rigward tal-ħażna temporanja ta’ l-iskart ta’ l-estrazzjoni kif ukoll il-fażijiet operazzjonali u dawk ta’ wara l-għeluq;

25) “detentur ta’ l-iskart” tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tiegħu;

26) “persuna kompetenti” tfisser persuna fiżika li għandha t-tagħrif tekniku u l-esperjenza, kif definit mil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fih il-persuna topera, sabiex twettaq id-doveri li jirriżultaw minn din id-Direttiva;

27) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet li Stat Membru jinnomina bħala responsabbli biex iwettqu d-doveri li jirriżultaw minn din id-Direttiva;

28) “sit” tfisser l-art kollha li tinsab f’żona ġeografika preċiża taħt il-kontroll amministrattiv ta’ operatur;

29) “bidla sostanzjali” tfisser bidla fl-istruttura jew l-operazzjoni ta’ faċilità ta’ l-iskart li, skond il-fehma ta’ l-awtorità kompetenti, jista’ ikollha effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.08.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.