Artikolu 9
Għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja
L-azzjonijiet ippreżentati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. Fl-għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1;
(b) il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna xierqa tal-Anness;
(c) il-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq;
(d) il-merti ambjentali relattivi tal-azzjonijiet u l-merti relattivi tal-azzjonijiet f’termini ta’ tnaqqis fl-ispejjeż esterni,, inkluż il-kontribut tagħhom biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi kkaġunati mit-tbaħħir fil-qosor, u t-trasport bil-ferroviji u bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni. Għandha tingħata attenzjoni speċifika għall-azzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ambjentali legalment vinkolanti;
(e) is-sostenibbiltà komplessiva tal-azzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun informat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10, tadotta d-deċiżjoni biex tingħata assistenza finanzjarja.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji bid-deċiżjoni tagħha.
▼B