Artikolu 14
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tinforma mhux inqas minn darbtejn fis-sena dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-Programm u tagħti aġġornament dwar l-istatus ta' l-azzjonijiet kollha ffinanzjati skond il-Programm.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm kemm fin-nofs u kemm fl-aħħar sabiex ikun evalwat il-kontribut tiegħu għall-oġġettivi tal-politika dwar it-trasport tal-Komunità u l-użu effettiv magħmul mill-approprazzjonijiet.
▼M1
2. Il-Kummisjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Komunikazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programmi Marco Polo għall-perjodu 2003-2010. Hija għandha tagħmel dan qabel ma tfassal proposta għat-tielet Programm Marco-Polo u għandha tqis is-sejbiet tal-Komunikazzjoni fit-tfassil ta’ dik il-proposta.
▼M1
2a. Il-Komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha b’mod partikolari titratta dan li ġej:
— l-impatt ta’ dan ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 923/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) (
12
),
— l-esperjenzi tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bl-immaniġġjar tal-programm,
— il-ħtieġa li jkun hemm distinzjoni bejn il-mezzi tat-trasport f’dawk li huma kondizzjonijiet għall-iffinanzjar, abbażi tas-sikurezza, il-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza fl-enerġija,
— l-effettività tal-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku,
— il-ħtieġa li titwaqqaf assistenza skont id-domanda fl-istadju tal-applikazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet ta’ intrapriżi tat-trasport żgħar u mikro,
— l-għarfien tar-riċessjoni ekonomika bħala raġuni straordinarja għall-estensjoni tat-tul tal-azzjonijiet,
— it-tnaqqis tal-limiti minimi għall-eliġibilità għal azzjonijiet speċifiċi għall-prodotti,
— il-possibilità ta’ indikazzjoni tal-miri għal-limiti minimi ta’ finanzjament minimu għall-azzjonijiet proposti f’dawk li huma effiċjenża fl-enerġija u benefiċċji ambjentali flimkien mat-trasferiment ta’ tunnellati-kilometri,
— jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża l-unità tat-trasport fid-definizzjoni tat-terminu “merkanzija”,
— id-disponibbiltà ta’ ħarsa ġenerali annwali sħiħa tal-azzjonijiet li jkunu ġew ko-finanzjati,
— il-possibbiltà li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-Programm, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Loġistika u TEN-T billi jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta’ fondi komunitarji, b’mod partikulari għat-Toroq tat-Tbaħħir,
— il-possibbiltà li l-ispejjeż imġarrba f’pajjiż terz isiru eliġibbli jekk l-azzjoni titwettaq minn impriżi minn xi Stat Membru,
— il-ħtieġa li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tiegħu, pereżempju permezz ta’ programm għas-settur tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni,
— il-possibbiltà li l-Programm jiġi estiż għall-pajjiżi ġirien, u
— il-possibbiltà ta’ adattament ulterjuri tal-Programm għall-Istati Membri insulari u arċipelaġiċi.
▼M1