+Artikolu 96 Il-budget ta' l-Aġenzija
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 96 3.
---+Artikolu 96 4.
---+Artikolu 96 5.
---+Artikolu 96 6.
---+Artikolu 96 7.
---+Artikolu 96 8.
---+Artikolu 96 9.
---+Artikolu 96 10.
---+Artikolu 96 11.
|
Artikolu 96 Il-budget ta' l-Aġenzija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 1.
|
Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti fi:
(a)
sussidju mill-Komunità, li jiddaħħal fil-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Taqsima tal-Kummissjoni);
(b)
il-ħlasijiet mill-intrapriżi;
(ċ)
kull konribut volontarju mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 96 2.
|
L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż tal-persunal u dawk amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
|
|
Artikolu 96 3.
|
Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz tal-budget preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm tax-xogħol antiċipat għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħat dan l-abbozz preliminari lill-Bord ta' Tmexxija flimkien ma' pjan ta' stabbiliment flimkien ma' lista provviżorja ta' postijiet.
|
|
Artikolu 96 4.
|
Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.
|
|
Artikolu 96 5.
|
Kull sena l-Bord ta' Tmexxija, abbażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jipproduċi stima ta' dħul u nfieq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Bord ta' Tmexxija sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.
|
|
Artikolu 96 6.
|
L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-awtorità tal-budget”) flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-budget tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
Artikolu 96 7.
|
Abbażi ta' l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-budget preliminari tal-Komunitajiet Ewropej l-estimi li hija tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi addebitat lill-budget ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità tal-budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
|
|
Artikolu 96 8.
|
L-awtorità tal-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità tal-budget għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
|
|
Artikolu 96 9.
|
Il-budget ta' l-Aġenzija għandu jkun adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Fejn ikun il-każ, għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 96 10.
|
Kwalunkwe modifika lill-budget, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha ssegwi l-proċedura msemmija hawn fuq.
|
|
Artikolu 96 11.
|
Il-Bord ta' Tmexxija għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtorità tal-budget dwar il-ħsieb tiegħu li jimplementa kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi għall-finanzjament tal-budget tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jirrigwarda l-kiri jew ix-xiri ta' proprjetà immobbli. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan. Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-budget tkun innotifikat il-ħsieb tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|