|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: 1. “l-arja ta’ l-ambjent” tfisser l-arja ta’ barra fit-troposfera, minbarra l-postijiet tax-xogħol, kif definita bid-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE ( 1 ) fejn japplikaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li għalihom il-pubbliku m’għandux aċċess regolari; 2. “sustanza li tniġġes” tfisser kwalunkwe sustanza fl-arja ta’ l-ambjent u li x’aktarx ikollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u/jew l-ambjent kollu; 3. “livell” tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza li tniġġes fl-arja ta’ l-ambjent jew id-depożizzjoni tagħha fuq l-uċuħ fi żmien partikolari; 4. “valutazzjoni” tfisser kwalunkwe metodu użat sabiex jitkejlu, jiġu kkalkolati, jitbassru jew jiġu stmati l-livelli; 5. “valur ta’ limitu” tfisser livell fiss fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq f’perijodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq; 6. “livell kritiku” tfisser livell iffissat fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, li meta jinqabeż jistgħu jiġru effetti ta’ ħsara diretta fuq ċerti riċetturi, bħal siġar, pjanti oħra jew ekosistemi naturali, iżda mhux fuq il-bnedmin; 7. “marġni ta’ tolleranza” tfisser il-perċentwal tal-valur ta’ limitu li bih jista’ jinqabeż suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva; 8. “pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja” tfisser pjanijiet li jistabbilixxu miżuri sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu jew il-valuri mmirati; 9. “valur immirat” tfisser livell iffissat bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq meta possibbli fuq perijodu stipulat; 10. “limitu ta’ allert” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-espożizzjoni fil-qosor għall-popolazzjoni kollha u li meta jintlaħaq l-Istati Membri għandhom jieħdu passi minnufih; 11. “limitu għall-informazzjoni” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-espożizzjoni fil-qosor għal sezzjonijiet partikolarment sensittivi tal-popolazzjoni u li għalih ikun hemm bżonn ta’ informazzjoni immedjata u adegwata; 12. “l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni” tfisser livell li taħtu tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl u metodi tekniċi ta’ mudellar fissi u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent; 13. “l-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni” tfisser livell li taħtu jistgħu jintużaw biss metodi tekniċi ta’ mudellar jew metodi ta’ stima oġġettiva għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent; 14. “objettiv għal perjodu twil ta’ żmien” tfisser livell li għandu jintlaħaq fuq medda twila ta’ żmien, ħlief meta ma jistax jintlaħaq b’miżuri proporzjonati, bil-għan li tingħata protezzjoni effettiva lis-saħħa tal-bnedmin u lill-ambjent; 15. “kontributi minn sorsi naturali” tfisser emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li ma jkunux direttament jew indirettament ikkawżati minn attivitajiet tal-bniedem, inklużi avvenimenti naturali bħal żbroffi vulkaniċi, attivitajiet sismiċi, attivitajiet ġeotermali, nirien ta’ art selvaġġa, avvenimenti ta’ riħ qawwi, raxx tal-baħar jew risospensjoni ta’ l-atmosfera jew it-trasport ta’ partikuli naturali minn reġjuni nixfin; 16. “żona” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru, delimitata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità ta’ l-arja; 17. “agglomerazzjoni” tfisser żona li tkun konurbazzjoni b’popolazzjoni li taqbeż il-250 000 abitant, jew, meta l-popolazzjoni tkun ta’ 250 000 abitant jew inqas, b’densità ta’ popolazzjoni kull km2 li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri; 18. “PM10” tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skond id-daqs kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunament u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b’50 % efficiency cut-off f’dijametru aerodinamiku ta’ 10 μm; 19. “PM2,5” tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skond id-daqs kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunament u għall-kejl tal-PM2,5, EN 14907, b’50 % efficiency cut-off f’dijametru aerodinamiku ta’ 2,5 μm; 20. “indikatur ta’ l-espożizzjoni medja” tfisser livell medju determinat abbażi tal-kejl f’ambjenti urbani madwar it-territorju kollu ta’ l-Istat Membru u li jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni. Huwa użat għall-kalkolu tal-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni u l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni; 21. “obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni” tfisser livell fiss abbażi ta’ l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja bil-ħsieb li jitnaqqsu l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, li għandu jinkiseb tul perjodu partikulari; 22. “mira għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni” tfisser tnaqqis perċentwali ta’ l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru stabbilit għas-sena ta’ referenza bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, u li għandu jinkiseb, meta dan ikun possibbli, f’perijodu partikolari; 23. “postijiet bi sfond urban” tfisser postijiet f’żoni urbani fejn il-livelli jirrappreżentaw l-espożizzjoni tal-popolazzjoni urbana ġenerali; 24. “ossidi tan-nitroġenu” tfisser it-total tal-volume mixing ratio (ppbv) tal-monossidu tan-nitroġenu (ossidu nitriku) u d-dijossidu tan-nitroġenu mogħtija bħala unitajiet ta’ konċentrazzjoni tal-massa tad-dijossidu tan-nitroġenu (μg/m3); 25. “kejl fiss” tfisser kejl meħud f’siti fissi, jew kontinwament jew bil-kampjunament każwali sabiex jiġu determinati l-livelli skond l-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-data; 26. “kejl indikattiv” tfisser kejl li jissodisfa objettivi tal-kwalità tad-data li jkunu inqas stretti minn dawk meħtieġa għall-kejl fiss; 27. “komposti organiċi volatili (VOC)” tfisser komposti organiċi minn sorsi antropoġeniċi u bijoġeniċi, ħlief għal metanu, li jistgħu jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta’ reazzjonijiet ma’ l-ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx; 28. “sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu” tfisser sustanzi li jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ l-ożonu fil-livell ta’ l-art, li xi wħud minnhom huma elenkati fl-Anness X. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|