|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;
(2)
“skart perikoluż” tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;
(2a)
“skart mhux perikoluż” tfisser skart li mhuwiex kopert mill-punt 2;
(2b)
“skart muniċipali” tfisser:
(a)
skart imħallat u skart miġbur b’mod separat mill-unitajiet domestiċi, inklużi karta u kartun, ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, imballaġġ, skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u skart goff, inklużi saqqijiet u għamara;
(b)
skart imħallat u skart miġbur b’mod separat minn sorsi oħra, meta tali skart ikollu natura u kompożizzjoni simili għall-iskart mill-unitajiet domestiċi; L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart mill-produzzjoni, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, it-tankijiet settiċi u n-netwerk u t-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jew l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-immaniġġjar tal-iskart bejn l-atturi pubbliċi u dawk privati;
(2c)
“skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni” tfisser l-iskart iġġenerat mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;
(3)
“żjut għar-rimi” tfisser kull lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li m’għadhomx tajbin għall-użu li għalih kienu maħsuba oriġinarjament, bħal żjut użati tal-magna tal-kombustjoni u żjut tal-gearbox, żjut ta’ lubrikazzjoni, żjut għat-turbini u żjut idrawliċi;
(4)
“bijoskart” tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mill-unitajiet domestiċi, mill-uffiċċji, mir-restoranti, mill-kummerċ bl-ingrossa, mill-kantins, mill-fornituri tal-ikel u mill-ħwienet bl-imnut, u skart paragunabbli minn impjanti ta’ pproċessar tal-ikel;
(4a)
“skart tal-ikel” tfisser l-ikel kollu kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) li jkun sar skart;
(4b)
“produttur ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), jew:
(a)
ikun stabbilit fi Stat Membru u jimmanifattura prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc taħt ismu jew it-trademark tiegħu, jew li jiġu mfassla jew manifatturati u jfornihom għall-ewwel darba taħt ismu jew it-trademark tiegħu, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;
(b)
ikun stabbilit fi Stat Membru u jerġa’ jbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, taħt ismu jew it-trademark tiegħu, prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc manifatturati minn operaturi ekonomiċi oħra, li fuqhom ma jidhirx l-isem, il-marka jew it-trademark ta’ tali operaturi ekonomiċi;
(c)
ikun stabbilit fi Stat Membru u jipprovdi għall-ewwel darba fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fuq bażi professjonali, prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz; jew
(d)
ibigħ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc permezz ta’ kuntratti mill-bogħod direttament mal-utenti finali, ikunux unitajiet domestiċi privati jew le, fi Stat Membru, u jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. “produttur ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc” ma tinkludix manifatturi, importaturi jew distributuri jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jfornu prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn użati elenkati fl-Anness IVc ivvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid, jew prodotti tat-tessuti, relatati mat-tessuti jew ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc derivati minn dawk il-prodotti użati jew ta’ skart jew il-partijiet tagħhom fis-suq, jew ħajjata li jaħdmu għal rashom li jipproduċu prodotti personalizzati;
(4c)
“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott tat-tessuti, relatat mat-tessuti jew ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;
(4d)
“organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser entità ġuridika li torganizza finanzjarjament, jew finanzjarjament u b’mod operazzjonali, it-twettiq tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi;
(4e)
“pjattaforma online” tfisser pjattaforma online kif definita fl-Artikolu 3(i) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(4f)
“fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 11 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(4g)
“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li jkunu barra mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;
(4h)
“utent finali” tfisser utent finali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(4i)
“entità tal-ekonomija soċjali” tfisser entità tad-dritt privat li tipprovdi oġġetti jew servizzi u topera f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
in-nies u l-għan soċjali jew ambjentali jiġu qabel il-profitt;
(b)
l-investiment mill-ġdid tal-profitti u s-surpluses kollha jew tal-biċċa l-kbira minnhom biex ikomplu jsegwu l-iskopijiet soċjali jew ambjentali tagħhom u jwettqu attivitajiet fl-interess tal-membri jew tal-utenti tagħhom jew tas-soċjetà inġenerali; kif ukoll
(c)
il-governanza demokratika jew parteċipattiva;
(4j)
“prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ kif definit fl-Artikolu 2(37), tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(5)
“produttur ta’ l-iskart” tfisser kull min l-attivitajiet tiegħu jipproduċu skart (il-produttur oriġinali ta’ l-iskart) jew kull min jagħmel pre-proċessar, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew il-kompożizzjoni ta’ dan l-iskart;
(6)
“detentur ta’ l-iskart” tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess ta’ l-iskart;
(7)
“negozjant” tfisser kwalunkwe intrapriża li taġixxi fir-rwol ta’ prinċipal biex tixtri jew sussegwentement tbigħ l-iskart, inkluż tali negozjanti li ma jeħdux pussess fiżiku ta’ l-iskart;
(8)
“sensar” tfisser kwalunkwe intrapriża li tirranġa l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart f’isem oħrajn, inkluż tali sensara li ma jeħdux il-pussess fiżiku ta’ l-iskart;
(9)
“immaniġġjar tal-iskart” tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru £(inkluża s-separazzjoni) u r-rimi ta’ skart, inklużi s-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;
(10)
“ġbir” tfisser il-ġbir ta’ l-iskart, inkluż l-għażla preliminari u l-ħżin preliminari ta’ l-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament ta’ l-iskart;
(11)
“ġbir separat” tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta’ skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;
(12)
“prevenzjoni” tfisser miżuri meħuda qabel sustanza, materjal jew prodott ikunu saru skart, li jnaqqsu:
(a)
il-kwantità ta’ l-iskart, inkluż permezz ta’ l-użu mill-ġdid ta’ prodotti jew l-estensjoni tat-tul ta’ ħajja tal-prodotti;
(b)
l-impatti negattivi ta’ l-iskart ġenerat fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, jew
(c)
il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi f’materjali u prodotti;
(13)
“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;
(14)
“trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;
(15)
“irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b’mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru;
(15a)
“irkupru ta’ materjal” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, ħlief l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li jkunu se jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija. Dan jinkludi, inter alia, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-radam mill-ġdid;
(16)
“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li biha prodotti jew komponenti ta’ prodotti li saru skart jiġu ppreparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;
(17)
“riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali ta’ l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;
(17a)
“radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux skart, ikun xieraq għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq u jkun limitat għall-ammont meħtieġ strettament sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet;
(18)
“riġenerazzjoni ta’ żjut għar-rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ riċiklaġġ li biha jistgħu jiġu prodotti żjut bażiċi bir-raffinar ta’ żjut għar-rimi, partikolarment bit-tneħħija tal-kontaminanti, il-prodotti ta’ ossidazzjoni u l-additivi li jinsabu f’dawn iż-żjut;
(19)
“rimi” tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta’ sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rimi;
(20)
“l-aħjar teknika disponibbli” tfisser l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE;
(21)
“skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser sett ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti jġorru r-responsabbiltà finanzjarja jew ir-responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-istatus tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|