+Artikolu 8a
---+Artikolu 8a 1.
---+Artikolu 8a 2.
---+Artikolu 8a 3.
---+Artikolu 8a 4.
---+Artikolu 8a 5.
|
Artikolu 8a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8a 1.
|
Fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V ta' dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali u l-objettivi u l-obbligi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-punt (k) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(6) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu mapep addizzjonali biex jippreżentaw l-istatus kimiku kif previst fit-taqsima 1.4.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 8a 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jimmonitorjaw is-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva bħala sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien b'mod anqas intensiv minn kif meħtieġ għas-sustanzi prijoritarji f'konformità mal-Artikolu 3(4) ta' din id-Direttiva u mal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, dment li l-monitoraġġ ikun rappreżentattiv u tkun disponibbli linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta' dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku. Bħala linja gwida, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(6) ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-monitoraġġ isir mill-inqas kull tliet snin, dment li l-użu jew l-emissjoni tas-sustanza, jew l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert, ma jiġġustifikawx intervall ieħor.
|
|
Artikolu 8a 3.
|
Fuq perjodu ta' sentejn mill-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-preżenza ta' sustanzi estroġeniċi fil-mases tal-ilma, billi jużaw metodi ta' monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma għandhomx għalfejn jibdew fil-bidu ta' dak il-perjodu ta' sentejn, iżda għandhom jitwettqu mill-inqas erba' darbiet kull sena. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ f'għadd mis-siti fejn it-tliet ormoni estroġeniċi 17-beta estradjol (E2), Estron (E1) u 17-alfa-etinilestradjol (EE2), elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta' din id-Direttiva, qegħdin jiġu mmonitorjati bl-użu ta' metodi analitiċi konvenzjonali f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-Anness V tagħha u sabiex jiksbu riżultati komparattivi fuq firxa ta' konċentrazzjonijiet. Id-data għandha tiġi rrapportata flimkien, u f'konformità mal-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva. L-għadd tas-siti ma għandux ikun inqas minn dak speċifikat fl-Artikolu 8b(3) ta' din id-Direttiva għall-monitoraġġ ta' sustanzi fil-lista ta' sorveljanza. L-Istati Membri jistgħu jibdew il-monitoraġġ qabel l-1 ta' Jannar 2030 dment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jkunu ġew adottati. L-Istati Membri ma għandhomx jużaw ir-riżultati bbażati fuq l-effetti mill-perjodu ta' monitoraġġ komparattiv ta' sentejn għall-fini tal-klassifikazzjoni tal-istatus kimiku tal-mases tal-ilma mmonitorjati kif deskritt fit-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 8a 4.
|
Sal-1 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ ta' sustanzi estroġeniċi permezz tal-użu ta' metodi ta' monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).
|
|
Artikolu 8a 5.
|
Fi żmien 18-il xahar minn meta d-data tkun ġiet irrapportata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jqabbel ir-riżultati mill-metodi analitiċi konvenzjonali ma' dawk ibbażati fuq l-effetti u tanalizza l-possibbiltà li jintużaw metodi ta' monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti flimkien ma' valur ta' skattar ibbażat fuq l-effetti għall-estroġeni kif definit fil-punt 35a tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE għal skopijiet ta' skrinjar biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-istatus kimiku. Fil-kuntest ta' rieżamijiet futuri tal-lista ta' kontaminanti f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud tal-analiżi fir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tistabbilixxi valur ta' skattar għall-estroġeni għall-finijiet ta' skrinjar u għall-valutazzjoni tal-istatus kimiku. Ladarba l-metodi bbażati fuq l-effetti jkunu lesti biex jintużaw anke għal sustanzi oħra, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fil-kuntest ta' rieżamijiet futuri, li tirrikjedi li l-Istati Membri jużawhom, jekk meħtieġ, mill-inqas inizjalment b'mod parallel ma' metodi analitiċi konvenzjonali, u tikkunsidra li tistabbilixxi valuri skattaturi korrispondenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|