+Artikolu 9 Ħażniet speċifiċi
---+Article 9 1.
---+Article 9 2.
---+Article 9 3.
---+Article 9 4.
---+Article 9 5.

Artikolu 9 Ħażniet speċifiċi

Artikolu 9

Ħażniet speċifiċi

1.  Kull Stat Membru jista’ jimpenja ruħu li jżomm livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt, ikkalkolat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Artikolu.

Ħażniet speċifiċi għandhom jappartjenu għall-Istat Membru jew is-CSE stabbilita minnu u għandhom jiżammu fit-territorju tal-Komunità.

▼M1

2.  Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jkunu magħmulin biss minn wieħed jew aktar mill-kategoriji ta' prodotti li ġejjin, kif definiti fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:

▼B

— 
Etan
— 
LPG
— 
Gażolina għall-muturi
— 
Gażolina għall-avjazzjoni
— 
Karburant għall-ġettijiet tat-tip gażolina (karburant għall-ġettijiet tat-tip nafta jew JP4)
— 
Karburant għall-ġettijiet tat-tip kerosin
— 
Kerosin ieħor
— 
Gażolju/żejt tad-diżil (fuel oil distillat)
— 
Fuel oil (b’kontenut għoli ta’ kubrit u b’kontenut baxx ta’ kubrit)
— 
Spirtu abjad u SPB
— 
Lubrikanti
— 
Bitum
— 
Xama’ tal-paraffini
— 
Kokk tal-petroleum

3.  Il-prodotti petroliferi li jikkostitwixxu ħażniet speċifiċi għandhom jiġu identifikati minn kull Stat Membru abbażi tal-kategoriji elenkati fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għas-sena ta’ referenza determinata skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3 u fir-rigward ta’ prodotti inklużi fil-kategoriji użati, l-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum tal-kwantitajiet ikkonsmati fl-Istat Membru ikun mill-anqas 75 % tal-konsum intern ikkalkolat bl-użu tal-metodu mniżżel fl-Anness II.

Għal kull waħda mill-kategoriji magħżula mill-Istat Membru, il-ħażniet speċifiċi li dan jimpenja ruħu li jżomm għandhom jikkorrispondu għal numru stabbilit ta’ jiem tal-konsum intern medju ta’ kuljum imkejla abbażi tal-ekwivalenti tagħhom f’żejt mhux maħdum, matul is-sena ta’ referenza determinata skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3.

▼M1

L-ekwivalenti f'żejt mhux maħdum imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi huma kkalkulati b'multiplikazzjoni b'fattur ta' 1,2 tas-somma tal-“konsenji grossi osservati interni” aggregati, kif definit fit-Taqsima 3.2.2.11 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008, għall-prodotti inklużi fil-kategoriji użati jew ikkonċernati. L-imħażen marittimi internazzjonali mhumiex inklużi fil-kalkolu.

▼B

4.  Kull Stat Membru li jkun iddeċieda li jżomm ħażniet speċifiċi għandu jibgħat avviż lill-Kummissjoni li għandu jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta’ tali ħażniet li huwa jkun impenja ruħu li jżomm u d-durata ta’ tali impenn li għandha tkun ta’ mill-inqas sena. Il-livell minimu notifikat għandu japplika għall-kategoriji kollha ta’ ħażniet speċifiċi użati mill-Istati Membri.

L-Istat Membru għandu jiżgura li tali ħażniet jinżammu għat-tul kollu tal-perijodu notifikat mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jsofru tnaqqis temporanju dovut biss għal operazzjonijiet individwali ta’ sostituzzjoni ta’ ħażniet.

Il-lista ta’ kategoriji użati minn Stat Membru għandha tibqa’ f’effett għal mill-inqas sena u tista’ tiġi emendata biss b’effett fl-ewwel jum ta’ xahar kalendarju.

5.  Kull Stat Membru li ma jkunx għamel impenn għat-tul kollu ta’ sena kalendarja partikolari li jżomm ħażniet speċifiċi ta’ mill-inqas 30 jum għandu jiżgura li mill-inqas terz tal-obbligu tal-ħżin tiegħu jinżamm fil-forma ta’ prodotti magħmula skont il-paragrafi 2 u 3.

Stat Membru li għalih jinżammu ħażniet speċifiċi ta’ anqas minn 30 jum għandu jfassal rapport annwali li janalizza l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu biex jiżgura u jivverifika d-disponibbiltà u l-aċċess fiżiku tal-ħażniet ta’ emerġenza tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5 u għandu jiddokumenta fl-istess rapport l-arranġamenti magħmula sabiex l-Istat Membru jkun jista’ jikkontrolla l-użu ta’ dawn il-ħażniet f’każ ta’ interruzzjoni fil-provvista taż-żejt. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-tmiem tal-ewwel xahar tas-sena kalendarja li għaliha huwa japplika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 9 1.
Each Member State may undertake to maintain a minimum level of oil stocks, calculated in terms of number of days of consumption, in accordance with the conditions set out in this Article.

Specific stocks shall be owned by the Member State or the CSE set up by it and shall be maintained on the territory of the Community.

Article 9 2.

Specific stocks can only be composed of one or more of the following product categories, as defined in Chapter 3.4 of Annex A to Regulation (EC) No 1099/2008:

▼B

— 
Ethane
— 
LPG
— 
Motor gasoline
— 
Aviation gasoline
— 
Gasoline-type jet fuel (naphtha-type jet fuel or JP4)
— 
Kerosene-type jet fuel
— 
Other kerosene
— 
Gas/diesel oil (distillate fuel oil)
— 
Fuel oil (high sulphur content and low sulphur content)
— 
White spirit and SBP
— 
Lubricants
— 
Bitumen
— 
Paraffin waxes
— 
Petroleum coke
Article 9 3.
Petroleum products constituting specific stocks shall be identified by each Member State on the basis of the categories listed in paragraph 2. Member States shall ensure that, for the reference year determined in accordance with the rules set out in Article 3 and concerning the products included in the categories used, the crude oil equivalent of quantities consumed in the Member State is at least equal to 75 % of inland consumption calculated using the method set out in Annex II.

For each of the categories chosen by the Member State, the specific stocks it undertakes to maintain shall correspond to a given number of days of average daily consumption measured on the basis of their crude oil equivalent during the reference year determined in accordance with the rules set out in Article 3.

The crude oil equivalents referred to in the first and second subparagraphs are calculated by multiplying by a factor of 1,2 the sum of the aggregate ‘observed gross inland deliveries’, as defined in Section 3.2.2.11 of Annex C to Regulation (EC) No 1099/2008, for the products included in the categories used or concerned. International marine bunkers are not included in the calculation.

Article 9 4.
Each Member State that has decided to maintain specific stocks shall send the Commission a notice to be published in the Official Journal of the European Union, specifying the level of such stocks that it has undertaken to maintain and the duration of such undertaking which shall be at least 1 year. The notified minimum level shall apply equally to all categories of specific stocks used by the Member State.

The Member State shall ensure that such stocks are held the full length of the notified period without prejudice to the right of the Member State to undergo temporary reductions due solely to individual stock replacement operations.

The list of categories used by a Member State shall remain in effect for at least 1 year and may be amended only with effect on the first day of a calendar month.

Article 9 5.
Each Member State that has not made a commitment for the full length of a given calendar year to maintain at least 30 days of specific stocks shall ensure that at least one-third of their stockholding obligation is held in the form of products composed in accordance with paragraphs 2 and 3.

A Member State for which less than 30 days of specific stocks are held shall draw up an annual report analysing the measures taken by its national authorities to ensure and verify the availability and physical accessibility of its emergency stocks as referred to in Article 5 and shall document in the same report arrangements made to allow the Member State to control the use of these stocks in case of oil supply disruptions. That report shall be sent to the Commission by the end of the first month of the calendar year to which it relates.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.