+ANNESS VIII

ANNESS VIII




ANNESS VIII

Awto-regolament

(imsemmija fl-artikolu 17)

Flimkien mar-rekwiżit legali bażiku li inizjattivi awto-regolatorji għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b’mod partikolari s-suq intern u r-regoli ta’ kompetizzjoni), kif ukoll ma’ impenji internazzjonali tal-Komunità, inklużi regoli multilaterali ta’ kummerċ, il-lista li ġejja li mhix eżawrenti ta’ kriterji indikattivi tista’ tintuża biex tiġi valutata l-ammissibbiltà ta’ inizjattivi awto-regolatorji bħala alternattiva għall-miżura implimentattiva fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.

1.    Il-grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni

Għandom jkunu miftuħin inizjattivi awto-regolatorji għall-parteċipazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, kemm fil-fażi preparatorja kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni.

2.    Valur miżjud

L-inizjattivi awto-regolatorji għandom jagħtu valur miżjud (iżjed minn “negozju tas-soltu”) fis-sens tal-prestazzjoni ambjentali totali mtejba tal-prodott kopert.

3.    Rappreżentattività

L-industrija u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkunu qed jieħdu sehem f’azzjoni awto-regolatorja għandom jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tas-settur ekonomiku relevanti, bl-inqas eċċezzjonijiet possibbli. Għanda tingħata attenzjoni sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni.

4.    Għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji

L-għanijiet definiti mill-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti b’termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk l-inizjattiva awto-regolatorja tkopri firxa twila ta’ żmien, għandhom jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-għanijiet u mal-miri (temporanji) b’mod li jkun jiflaħ l-ispiża u kredibbli bl-użu ta’ indikaturi ċari u ta’ min joqgħod fuqhom. Informazzjoni ta’ riċerka u dejta xjentifika u teknoloġika għandhom iħaffu l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi.

5.    Involviment tas-soċjetà ċivili

Bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, inizjattivi awto-regolatorji għandhom jiġu ppubblikati, anke bl-użu tal-Internet u mezzi elettroniċi oħra sabiex tinxtered l-informazzjoni.

L-istess għandu japplika għar-rapporti temporanji u finali ta’ monitoraġġ. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija, l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar inizjattivi awto-regolatorji.

6.    Monitoraġġ u rapportar

Inizjattivi awto-regolatorji għandu jkollhom sistema tajba ta’ monitoraġġ b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati fl-inizjattiva awto-regolatorja, għandhom jiġu mistiedna biex jimmonitorjaw is-suċċess tal-objettivi.

Il-pjan ta’ monitoraġġ u r-rappurtar għandu jkun dettaljat, trasparenti u oġġettiv. Għandu jibqa’ f’id is-servizzi tal-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1), li għandhom iqisu jekk intlaħqux l-objettivi tal-ftehim volontarju jew ta’ miżuri awto-regolatorji oħra.

7.    Effettività tan-nefqa fl-amministrazzjoni ta’ inizjattiva awto-regolatorja

L-ispiża li tamministra inizjattiva awto-regolatorja, b’mod partikolari rigward il-monitoraġġ, ma għandhiex twassal għal piż amministrattiv disproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħhom u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.

8.    Sostenibbiltà

Inizjattivi awto-regolatorji għandhom iwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ din id-Direttiva, inkluż l-approċċ integrat u għandhom ikunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (jiġifieri saħħa, kwalità tal-ħajja u interessi ekonomiċi) għandha tiġi integrata.

9.    Kompatibbiltà tal-inċentivi

Inizjattivi awto-regolatorji x’aktarx ma jagħtux ir-riżultati mistennija jekk fatturi u inċentivi oħra - pressjoni tas-suq, taxxi u leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali - jibagħtu sinjali kontradittorji lill-parteċipanti fl-inizjattiva awto-regolatorja. Il-konsistenza fil-politika hija essenzjali f’dan ir-rigward u għandha titqies fl-istima tal-effikaċja tal-inizjattiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.