|
+Artikolu 6 In-natura tal-awtorizzazzjoni ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. ---+Article 6 5. ---+Article 6 6. |
Artikolu 6 In-natura tal-awtorizzazzjoniArtikolu 6 In-natura tal-awtorizzazzjoni (1) Awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur um’għandhomx ikunu trasferibbli. Madanakollu, trasportatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-punt tat-tluq, minn issa msejjħa “l-awtorità awtorizzanti”, jopera s-servizz permezz ta’ subkuntrattur. F’dan il-każ, l-isem tas-subkuntrattur u l-irwol tagħha għandhom jiġu ndikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-punt tat-tluq għandu jfisser “wieħed mit-terminus tas-servizz”. Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f’isem l-impriżi kollha u għandha ssemmi l-ismijiet tal-operaturi kollha. Din għandha tingħata lill-impriża li timmaniġġa l-operazzjoni u kopji għandhom jingħataw lill-impriżi l-oħra. (2) Il-perijodu tal-validità ta’ awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jinġabru jew jitniżżlu. (3) L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej: (a) it-tip ta’ servizz; (b) ir-rotta tas-servizz, fejn jingħata b’mod partikolari il-punt ta’ tluq u l-punt tal-wasla; (c) il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni; (d) il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet. (4) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2). (5) L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz. (6) L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Tali il-vetturi addizzjonali jistgħu jintużaw biss bl-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. F’dan il-każ, it-trasportatur għandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura: (a) kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari; (b) kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokument ekwivalenti; (c) kopja ċertifikata awtentika tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur li jipprovdi l-vetturi addizzjonali għas-servizz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|