+ANNESS VI Dispożizzjonijiet tekniċi b’rabta ma’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart

ANNESS VI Dispożizzjonijiet tekniċi b’rabta ma’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart




ANNESS VI

Dispożizzjonijiet tekniċi b’rabta ma’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart

PARTI 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

“impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti” tfisser wieħed mill-impjanti tal-inċinerazzjoni li ġejjin:

(i) 

li kien qiegħed jaħdem u li kellu permess maħruġ skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli qabel it-28 ta’ Diċembru 2002,

(ii) 

li kien awtorizzat jew irreġistrat għall-inċinerazzjoni tal-iskart u li kellu permess maħruġ qabel it-28 ta’ Diċembru 2002 skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli, bil-kondizzjoni li l-impjant kien beda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2003,

(iii) 

li, skont l-awtorità kompetenti, kien is-suġġett ta’ talba sħiħa għall-awtorizzazzjoni, qabel it-28 ta’ Diċembru 2002, bil-kondizzjoni li l-impjant kien beda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2004;

(b) 

“impjant ġdid tal-inċinerazzjoni tal-iskart” tfisser kwalunkwe impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart mhux kopert mill-punt (a).

PARTI 2

Fatturi tal-ekwivalenza għad-dibenzo-p-dijossini u dibenzofurani

Għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni totali tad-dijossini u furani, il-konċentrazzjonijiet massi tad-dibenzo-p-dijossini u dibenzofurani li ġejjin għandhom jiġu mmultiplikati bil-fatturi tal-ekwivalenza li ġejjin qabel jingħaddu:



 

Fatturi tal-ekwivalenza tossiċi

2,3,7,8 — Tetraklorodibenzodiossina (TCDD)

1

1,2,3,7,8 — Pentaklorodibenzodiossina (PKEDD)

0,5

1,2,3,4,7,8 — Esaklorodibenzodiossina (HxCDD)

0,1

1,2,3,6,7,8 — Esaklorodibenzodiossina (HxCDD)

0,1

1,2,3,7,8,9 — Esaklorodibenzodiossina (HxCDD)

0,1

1,2,3,4,6,7,8 — Eptaklorodibenzodiossina (HpCDD)

0,01

Octaklorodibenzodiossina (OCDD)

0,001

2,3,7,8 — Tetraklorodibenzofuran (TCDF)

0,1

2,3,4,7,8 — Pentaklorodibenzofuran (PKEDF)

0,5

1,2,3,7,8 — Pentaklorodibenzofuran (PKEDF)

0,05

1,2,3,4,7,8 — Esaklorodibenzofuran (HxCDF)

0,1

1,2,3,6,7,8 — Esaklorodibenzofuran (HxCDF)

0,1

1,2,3,7,8,9 — Esaklorodibenzofuran (HxCDF)

0,1

2,3,4,6,7,8 — Esaklorodibenzofuran (HxCDF)

0,1

1,2,3,4,6,7,8 — Eptaklorodibenzofuran (HpCDF)

0,01

1,2,3,4,7,8,9 — Octaklorodibenzofuran (HpCDF)

0,01

Octaklorodibenzofuran (OCDF)

0,001

PARTI 3

Valuri limitu tal-emissjonijiet fl-arja għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart

1.

Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati f’temperatura ta’ 273.15 K, pressjoni ta’ 101.3 kPa u wara li ssir korrezzjoni għall-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gassijiet ta’ skart.

Dawn ikunu standardizzati għal 11 % tal-ossignu fil-gass ta’ skart ħlief fil-każ ta’ inċinerazzjoni ta’ żejt skart minerali kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, meta jkunu standardizzati għal 3 % tal-ossiġnu, u fil-każijiet imsemmija fil-Punt 2.7 tal-Parti 6.

1.1.

Valuri limitu medji ta’ kull jum tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu li ġejjin (mg/Nm3)



Trab totali

10

Sustanzi organiċi gassużi u vaporużi, espressi bħala karbonju organiku totali (TOC)

10

Klorur tal-idroġenu (HCl)

10

Fluworur tal-idroġenu (HF)

1

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

50

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala NO2 għall-impjanti eżistenti tal-inċinerazzjoni tal-iskart b’kapacità nominali li taqbeż 6 tunnellati metriċi kull siegħa jew għall-impjanti ġodda tal-inċinerazzjoni tal-iskart

200

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala NO2 għall-impjanti eżistenti tal-inċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ 6 tunnellati metriċi jew inqas kull siegħa

400

1.2.

Valuri limitu medji ta’ nofs siegħa tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu li ġejjin (mg/Nm3)



 

(100 %) A

(97 %) B

Trab totali

30

10

Sustanzi organiċi gassużi u vaporużi, espressi bħala karbonju organiku totali (TOC)

20

10

Klorur tal-idroġenu (HCl)

60

10

Fluworur tal-idroġenu (HF)

4

2

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

200

50

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala NO2 għall-impjanti eżistenti tal-inċinerazzjoni tal-iskart b’kapacità nominali li taqbeż is-6 tunnellati metriċi kull siegħa jew għall-impjanti ġodda tal-inċinerazzjoni tal-iskart

400

200

1.3.

Il-valuri limitu medji tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-metalli tqal li ġejjin fuq perijodu ta’ kampjunament ta’ 30 minuta bħala minimu u ta’ 8 siegħat bħala massimu



Kadmju u l-komposti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd)

total: 0,05

Tallju u l-komposti tiegħu, espress bħala talljum (Tl)

Merkurju u l-komposti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg)

0,05

Antimonju u l-komposti tiegħu, espress bħala antimonju (Sb)

total: 0,5

Arseniku u l-komposti tiegħu, espress bħala arseniku (As)

Ċomb u l-komposti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb)

Kromju u l-komposti tiegħu, espress bħala kromju (Cr)

Kobalt u l-komposti tiegħu, espress bħala kobalt (Co)

Ram u l-komposti tiegħu, espress bħala ram (Cu)

Manganeżju u l-komposti tiegħu, espress bħala manganeżju (Mn)

Nikil u l-komposti tiegħu, espress bħala nikel (Ni)

Vanadju u l-komposti tiegħu, espress bħala vanadju (V)

Dawn il-valuri medji jkopru wkoll il-forom ta’ gass u fwar tal-emissjonijiet rilevanti tal-metalli tqal kif ukoll il-komposti tagħhom.

1.4.

Il-valuri limitu medji tal-emissjonijiet (ng/Nm3) għal dijossini u furani fuq perijodu ta’ kampjunament ta’ 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu. Il-valur limitu tal-emissjonijiet jirriferi għal konċentrazzjoni totali ta’ dijossini u furani skont il-Parti 2.



Dijossini u furani

0,1

1.5.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-monossidu tal-karbonju (CO) fil-gassijiet tal-iskart:

(a) 

50 bħala valur medju ta’ kull jum;

(b) 

100 bħala valur medju ta’ nofs siegħa;

(c) 

150 bħala l-valuri medji ta’ 10 minuti.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza eżenzjonijiet mill-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan il-punt għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart li jużaw it-teknoloġija tas-sodda fluwidifikata, bil-kondizzjoni li l-permess jistabbilixxi bil-quddiem il-valur limitu tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) ta’ mhux iktar minn 100 mg/Nm3 bħala valur medju ta’ kull siegħa.

2.

Valuri limitu tal-emissjonijiet fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 46(6) u fl-Artikolu 47.

Il-konċentrazzjoni kollha tat-trab fl-emissjonijiet fl-arja ta’ impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart m’għandux jaqbeż taħt l-ebda ċirkostanza l-150 mg/Nm3 espressi bħala medja ta’ kull nofs siegħa. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-arja għal TOC u CO stabbiliti fil-punti 1.2 u 1.5(b) m’għandhomx jinqabżu.

3.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jiiregolaw l-eżenzjonijiet previsti f’din il-Parti.

PARTI 4

Determinazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-koinċinerazzjoni tal-iskart

1.

Il-formola li ġejja (regola tat-taħlit) għandha tiġi applikata kull meta ma jkunx indikat valur speċifiku tal-limitu tal-emissjonijiet “C” f’tabella f’din il-Parti.

Il-valur limitu tal-emissjonijiet ta’ kull sustanza li tniġġes rilevanti u CO fil-gass tal-iskart li joħorġu mill-koinċinerazzjoni tal-skart għandhom jkunu kkalkulati kif ġej:

▼C1

image

▼B

Vwaste

:

il-volum tal-gass ta’ skart li joħroġ mill-inċinerazzjoni tal-iskart iddeterminat biss mill-iskart bl-inqas valur kalorifiku speċifikat fil-permess u standardizzat fil-kondizzjonijiet mogħtija f’din id-Direttiva.

Jekk ir-rilaxx tas-sħana li joħroġ mill-inċinerazzjoni tal-iskart perikoluż jammonta għal inqas mill-10 % tal-ħruġ totali tas-sħana fl-impjant, Vskart għandu jkun ikkalkulat minn kwantità (mistħajla) ta’ skart li meta jkun inċinerat ir-rilaxx tas-sħana jkun indaqs għal 10 %, bir-rilaxx totali tas-sħana ffissat.

Cwaste

:

il-valuri limtu tal-emissjonijiet għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart stabbiliti fil-Parti 3.

Vproc

:

il-volum tal-gass ta’ skart li joħroġ mill-proċess tal-impjant li jinkludi l-kombustjoni ta’ karburanti awtorizzati li huma użati normalment (bl-esklużjoni tal-iskart) stabbilit fuq il-bażi ta’ kontenuti tal-ossiġnu li fuqhom l-emissjonijiet jridu jiġu standardizzati kif stipulat mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni għal dan it-tip ta’ impjant, għandu jiġi użat il-kontenut tal-ossiġnu reali fil-gass tal-iskart mingħajr ma jiġi mraqqaq biż-żieda ta’ arja mhiex meħtieġa għall-proċess.

Cproc

:

il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-tabelli ta’ din il-Parti għal ċerti attivitajiet industrijali jew f’każ ta’ nuqqas ta’ valuri bħal dawn, valuri limitu tal-emissjonijiet ta’ kontaminanti rilevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass taċ-ċuminija tal-impjanti li jħarsu l-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali għal dawk l-impjanti meta jaħarqu l-karburanti normalment awtorizzati (eskluż l-iskart). Fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri għandhom jiġu użati l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess. Fin-nuqqas ta’ dawn il-valuri, fil-permess għandhom jiġu użati l-konċentrazzjonijiet massi reali.

C

:

il-valuri limitu tal-emissjonijiet totali b’ kontenut tal-ossiġnu kif stabbiliti f’din il-Parti għal ċerti attivitajiet tal-industrija u għal ċerti sustanzi niġġiesa jew, f’każ ta’ nuqqas ta’ dawk il-valuri, valuri limitu tal-emissjonijiet totali li jieħdu l-post tal-valuri limitu tal-emissjonijiet kif stipulat fl-Annessi speċifiċi ta’ din id-Direttiva. Il-kontenut tal-ossiġnu totali li għandu jissostitwixxi l-kontenut tal-ossiġnu għal l-istandardizzazzjoni huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut hawn fuq u jirrispetta l-volumi parżjali.

Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati f’temperatura ta’ 273,15K, pressjoni ta’ 101,3 kPa u wara li ssir korrezzjoni għall-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gassijiet ta’ skart.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jiiregolaw l-eżenzjonijiet previsti f’din il-Parti.

2.

Dispożizzjonijiet speċjali għall-fran tas-siment li jikkoinċineraw l-iskart

2.1.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-punti 2.2 u 2.3 japplikaw bħala valuri medji ta’ kull jum għat-total ta’ trab, HC1, HF, NOx, SO2 u TOC (għal kejl kontinwu), bħala valuri medji fuq il-perijodu ta’ kampjunament b’minimu ta’ 30 minuta u massimu ta’ 8 sigħat għall-metalli tqal u bħala valuri medji fuq il-perijodu ta’ kampjunament b’minimu ta’ 6 sigħat u massimu ta’ 8 sigħat għad-dijossini u l-furani.

Il-valuri kollha huma standardizzati għal 10 % ossiġnu.

Valuri medji ta’ nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta’ kull jum.

2.2.

C - valuri limitu tal-emissjonijiet totali (mg/Nm3 ħlief għad-dijossini u furani) għas-sustanzi li jniġġsu li ġejjin



Sustanza li tniġġes

C

Trab totali

30

HCl HF

10

HF

1

NOx

500 (1)

Cd + Tl

0,05

Hg

0,05

Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V

0,5

Dijossini u furani (ng/Nm3)

0,1

(1)   

Sal-1 ta’ Jannar 2016, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza eżenzjonijiet mill-valur limitu għall-ossidi tan-nitroġenu għall-ifran Lepol u għall-fran li jduru, bil-kondizzjoni li l-permess jistabbilixxi total tal-valur limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu ta’ mhux iżjed minn 800 mg/Nm3.

2.3.

C - valuri limitu tal-emissjonijiet totali (mg/Nm3) għall-SO2 u TOC



Sustanza li tniġġes

C

SO2

50

TOC

10

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan il-punt f’każijiet fejn TOC U SO2 ma joħorġux mill-koinċinerazzjoni tal-iskart.

2.4.

C - valuri limitu tal-emissjonijiet totali għal CO

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi l-valuri limitu tal-emissjonijiet għal CO.

3.

Disposizzjonijiet speċjali għall-impjanti kombustivi li jikkoinċineraw l-iskart

3.1.

Cproc espressi bħala valuri medji ta’ kull jum (mg/Nm3) validi sad-data stabbilita fl-Artikolu 82(5)

Għad-determinazzjoni tal-kapaċità termali totali tal-impjanti ta’ kombustjoni, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ aggregazzjoni kif definiti fl-Artikolu 29. Valuri medji ta’ nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta’ kull jum.

Cproc għall-karburanti solidi bl-eċċezzjoni tal-bijomassa (kontenut tal-O2 ta’ 6 %):



Sustanzi li jniġġsu

< 50

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

850

200

200

NOx

—

400

200

200

Trab

50

50

30

30

Cproc għall-bijomassa (kontenut O2 ta’ 6 %)



Sustanzi li jniġġsu

< 50

50 to 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

200

200

200

NOx

—

350

300

200

Trab

50

50

30

30

Cproc għall-karburanti likwidi (kontenut O2 ta’ 3 %)



Sustanzi li jniġġsu

< 50

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

850

400 sa 200

(tnaqqis lineari minn 100 sa 300 MWth)

200

NOx

—

400

200

200

Trab

50

50

30

30

3.2.

Cproc espressi bħala valuri medji ta’ kull jum (mg/Nm3) validi mid-data stabbilita fl-Artikolu 82(6)

Għad-determinazzjoni tal-kapaċità termali totali tal-impjanti ta’ kombustjoni, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ aggregazzjoni kif definiti fl-Artikolu 29. Valuri medji ta’ nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta’ kull jum.

3.2.1.

Cproc għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmija fl-Artikolu 30(2), minbarra turbini tal-gass u magni tal-gass

Cproc għall- karburanti solidi bl-eċċezzjoni tal-bijomassa (kontenut tal-O2 ta’ 6 %):



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth:

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

400 għal pit: 300

200

200

NOx

—

300

għal linjite pulverizzat: 400

200

200

Trab

50

30

25

għal pit: 20

20

Cproc għall-bijomassa (kontenut O2 ta’ 6 %)



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

200

200

200

NOx

—

300

250

200

Trab

50

30

20

20

Cproc għall-karburanti likwidi (kontenut O2 ta’ 3 %)



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

350

250

200

NOx

—

400

200

150

Trab

50

30

25

20

3.2.2.

Cproc għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmija fl-Artikolu 30(3), minbarra turbini tal-gass u magni tal-gass

Cproc għall- karburanti solidi bl-eċċezzjoni tal-bijomassa (kontenut tal-O2 ta’ 6 %):



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

400

għal pit: 300

200

għal pit: 300, ħlief fil-każ ta’ kombustjoni b’sodda fluwidizzata: 250

150

għal kombustjoni b’sodda fluwidizzata b’ċirkulazzjoni jew ippressata jew, fil-każ tat-tqabbid tal-pit, għall-kombustjonijiet kollha b’sodda fluwidizzata: 200

NOx

—

300

għal pit: 250

200

150

għal kombustjoni ta’ linjite pulverizzat: 200

Trab

50

20

20

10

għal pit: 20

Cproc għall-bijomassa (kontenut O2 ta’ 6 %)



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

200

200

150

NOx

—

250

200

150

Trab

50

20

20

20

Cproc għall-karburanti likwidi (kontenut O2 ta’ 3 %)



Sustanza li tniġġes

< 50 MWth

50 sa 100 MWth

100 sa 300 MWth

> 300 MWth

SO2

—

350

200

150

NOx

—

300

150

100

Trab

50

20

20

10

3.3.

C – valur limitu tal-emissjonijiet totali (ng/Nm3) għad-dijossini u l-furani espressi bħala l-valur medju tul il-perijodu ta’ kampjunament ta’ 6 sigħat bħala minimu u 8 sigħat bħala massimu (kontenut ta’ O2 ta’ 6 % għal karburanti solidi u 3 % għal karburanti likwidi)



Sustanzi li jniġġsu

C

Cd + Tl

0,05

Hg

0,05

Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V

0,5

3.4.

C – valur limitu tal-emissjonijiet totali (ng/Nm3) għad- dijossini u l-furani espressi bħalail-valur medju tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ 6 sigħat bħala minimu u 8 sigħat bħala massimu (kontenut ta’ O2 ta’ 6 % għal karburanti solidi u 3 % għal karburanti likwidi)



Sustanza li tniġġes

C

Dijossini u furani

0,1

4.

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjanti ta’ koinċinerazzjoni fis-setturi industrijali mhux koperti taħt il-Punti 2 u 3 ta’ din il-Parti.

4.1.

C — valuri limitu tal-emissjonijiet totali (mg/Nm3) għad-dijossini u furani espressi bħala l-valur medju tul il-perijodu tal-kampjunament ta’ 6 sigħat bħala minimu u 8 sigħat bħala massimu:



Sustanza li tniġġes

C

Dijossini u furani

0,1

4.2.

C — valuri limitu tal-emissjonijiet totali (mg/Nm3) għal metalli tqal espressi bħala l-valuri medji fuq il-perijodu tal-kampjunament ta’ 30 minuta bħala minimu u 8 sigħat bħala massimu:



Sustanzi li jniġġsu

C

Cd + Tl

0,05

Hg

0,05

PARTI 5

Valuri limitu tal-emissjonijiet għar-rimi ta’ dranaġġ li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta’ skart



Sustanzi li jniġġsu

Valuri limitu tal-emissjonijiet tal-kampjuni mhux iffiltrati (mg/l ħlief għad-dijossini u l-furani)

1.  Solidi sospiżi totali kif stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 91/271/KEE

(95 %)

(100 %)

30

45

2.  Merkurju u l-komposti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg)

0,03

3.  Kadmju u l-komposti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd)

0,05

4.  Tallju u l-komposti tiegħu, espress bħala talljum (Tl)

0,05

5.  Arseniku u l-komposti tiegħu, espress bħala arseniku (As)

0,15

6.  Ċomb u l-komposti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb)

0,2

7.  Kromju u l-komposti tiegħu, espress bħala kromju (Cr)

0,5

8.  Ram u l-komposti tiegħu, espress bħala ram (Cu)

0,5

9.  Nikil u l-komposti tiegħu, espress bħala nikel (Ni)

0,5

10.  Żingu u l-komposti tiegħu, espress bħala żingu (Zn)

1,5

11.  Dijossini u furani

0,3 ng/l

PARTI 6

Monitoraġġ tal-emissjonijiet

1.   Teknika tal-kejl

1.1.

Kejl għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u l-ilma għandhom jitwettqu f’mod rappreżentattiv.

▼M1

1.2.

Kampjunar u analiżi tas-sustanzi li jniġġsu kollha li jinkludu dijossini u furani kif ukoll il-garanzija tal-kwalità ta’ sistemi ta’ kejl awtomizzati u l-metodi ta’ kejl ta’ referenza biex jikkalibrawhom għandhom jitwettqu f’konformità mas-CEN-standards. Jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għoti ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. Dan japplika wkoll għas-sistema ta’ garanzija tal-kwalità tal-laboratorju li jwettaq il-kampjunar u l-analiżi. Is-sistemi awtomizzati ta’ kejl għandhom ikunu soġġetti għal kontroll permezz ta’ kejl parallel mal-metodi ta’ referenza mill-anqas darba fis-sena.

▼B

1.3.

Fil-livell tal-valur limitu tal-emissjonijiet ta’ kull jum, il-valuri tal-95 % f’intervalli li tafdahom ta’ riżultat wieħed imkejjel m’għandux jaqbeż il-persentaġġi tal-valuri limitu tal-emissjonijiet li ġejjin:



Monossidu tal-karbonju:

10 %

Diossidu tal-kubrit:

20 %

Diossidu tan-nitroġenu:

20 %

Trab totali:

30 %

Karbonju organiku totali:

30 %

Klorur tal-idroġenu:

40 %

Fluworur tal-idroġenu:

40 %.

Kejl perjodiku ta’ emissjonijiet fl-arja u fl-ilma għandhom jitwettqu skont il-punti 1.1 u 1.2.

2.   Kejl b’rabta mas-sustanzi ta’ tniġġis tal-arja

2.1.

Il-kejl li ġej b’rabta ma’ sustanzi li jniġġsu l-arja għandu jitwettaq:

(a) 

b’kejl kontinwu ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin: NOx, bil-kondizzjoni li l-valuri limitu tal-emissjonijiet huma stabbiliti, CO, trab totali, TOC, HC1, HF, SO2;

(b) 

kejl kontiwu tal-parametri tat-tħaddim tal-proċess li ġejjin: it-temperatura biswit il-ħajt ta’ ġewwa jew xi punt rappreżentattiv ieħor tal-qasam tal-kombustjoni kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti, il-konċentrazzjoni ta’ ossiġnu, il-pressjoni, it-temperatura u l-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gass ta’ skart;

(c) 

mill-inqas żewġ kejliet kull sena tal-metalli tqal u d-diossini u l-furani; madankollu, mill-inqas kejl wieħed kull tliet xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar tat-tħaddim.

2.2.

Il-ħin tar-residenza kif ukoll it-temperatura minima u l-kontenut tal-ossiġnu ta’ gassijiet ta’ skart għandhom ikunu suġġetti għal verifika xierqa, mill-inqas darba kull meta l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart jibda jaħdem u taħt l-iktar kondizzjonijiet ta’ tħaddim sfavorevoli antiċipati.

2.3.

Il-kejl kontinwu tal-HF jista’ jitħalla barra jekk huma użati l-istadji tat-trattament tal-HCl li jiżguraw li ma jinqabżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet. F’dak il-każ, l-emissjonijiet tal-HF għandhom ikunu suġġetti għal kejl perjodiku kif inhu preskritt fil- punt 2.1(c).

2.4.

Il-kejl kontinwu tal-kontenut tal-fwar tal-ilma ma għandux ikun meħtieġ jekk il-kampjun tal-gass tal-iskart huwa mnixxef qabel jiġu analizzati l-emissjonijiet.

2.5.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx kejl kontinwu ta’ HCI, HF u SO2 fl-iskart fl-impjanti tal-inċinerazzjoni jew impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, u li teħtieġ kejl perijodiku kif stipulat fil-punt 2.1(c) jew l-ebda kejl jekk l-operatur jista’ jipprova li l-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi li jniġġsu ma jistgħux ikunu, taħt l-ebda ċirkostanza, ogħla mill-valuri limitu tal-emissjonijiet preskritti.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx kejl kontinwu għall-NOx u li teħtieġ kejl perjodiku kif stabbilit fil-punt 2.1(c) f’impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti b’kapaċità nominali ta’ anqas minn 6 tunnellati metriċi fis-siegħa jew f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart eżistenti b’kapaċità nominali ta’ anqas minn 6 tunnellati metriċi fis-siegħa jekk l-operatur jista’ jagħti prova abbażi tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-iskart ikkonċernat, tat-teknoloġiji użati u tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet li l-emissjonijiet tal-NOx ma jistgħu fl-ebda ċirkustanza jkunu ogħla mill-valur limitu tal-emissjonijiet preskritt.

2.6.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teħtieġ miżura waħda kull sentejn għal metalli tqal u miżura waħda fis-sena għad-diossini jew furani fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni tal-iskart huma f’kull każ inqas mill-50 % tal-valuri limitu tal-emissjonijiet;

(b) 

l-iskart li jrid jiġi inċinerat jew koinċinerat jikkonsisti biss f’ċerti frazzjonijiet kombustibbli magħżula ta’ skart mhux riskjuż li mhux addattat għar-riċiklaġġ u li jippreżentaw ċerti karatteristiċi, u li jkun iktar speċifikat fuq bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (c);

(c) 

l-operatur jista’ juri abbażi ta’ informazzjoni dwar il-kwalità tal-iskart ikkonċernat u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet, li l-emissjonijiet huma f’kull ċirkostanza konsiderevolment anqas mill-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-metalli tqal u d-dijossini u l-furani;

2.7.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu standardizzati bl-użu ta’ konċentrazzjonijiet standard tal-ossiġnu msemmija fil-Parti 3 jew ikkalkulati skont il-Parti 4 u billi tiġi applikata l–formula mogħtija fil-Parti 7.

Meta l-iskart jiġi inċinerat jew koinċinerat f’atmosfera arrikkita fl-ossiġnu, ir-riżultati tal-kejl jistgħu jiġu standardizzati f’kontenut ta’ ossiġnu mniżżel mill-awtorità kompetenti li jirriflettu ċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ individwali.

Meta l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu huma mnaqqsa bit-trattament tal-gass ta’ skart f’impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal- koinċinerazzjoni tal-iskart li jittratta skart riskjuż, l-istandardizzazzjoni fir-rigward ta’ kull kontenut tal-ossiġnu pprovdut fl-ewwel subparagrafu għandu jkun magħmul biss jekk il-kontenut tal-ossiġnu mkejjel matul l-istess u mfassal għas-sustanzi li jniġġsu in kwistjoni jaqbeż il-kontenut tal-ossiġnu tal-istandard rilevanti.

3.   Kejl b’rabta mas-sustanzi tat-tniġġis tal-ilma

3.1.

Il-kejl li ġej għandu jitwettaq fil-punt tar-rimi tad-dranaġġ:

(a) 

kejl kontinwu tal-pH, temperatura u l-fluss;

(b) 

kejl kull jum tal-kampjuni fil-post ta’ solidi sospiżi jew kejl ta’ kampjun rappreżentattiv proporżjonali għall-fluss tul 24 siegħa;

(c) 

mill-anqas kejl kull xahar ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ fluss proporzjonali tar-rimi matul perijodu ta’ 24 siegħa ta’ Hg, Cd, TI, As, Pb, Cr, Cu, Ni u Zn;

(d) 

mill-anqas kull sitt xhur, kejl ta’ dijossini u furani; madankollu, kejl wieħed għal mill-inqas kull tliet xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar ta’ tħaddim.

3.2.

Meta d-dranaġġ li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta’ skart jiġi ttrattat kollettivament fuq il-post flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ dranaġġ li ġej minn fuq il-post, l-operatur għandu jieħu l-miżuri:

(a) 

fuq in-nixxiegħa tad-dranaġġ li ġej mill-proċess tat-tindif tal-gassijiet ta’ skart qabel id-dħul fl-impjant tat-trattament kollettiv tad-dranaġġ;

(b) 

fuq in-nixxiegħa jew nixxigħat oħra ta’ dranaġġ qabel id-dħul tagħha jew tagħhom fl-impjant tat-trattament kollettiv tad-dranaġġ;

(c) 

fiż-żmien ta’ skargar finali tad-dranaġġ, wara t-trattament, mill-impjant tal-inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni tal-iskart.

PARTI 7

Formula biex tiġi kkalkulata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet

image

ES

=

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ikkalkulati fil-persentaġġ standard tal-konċentrazzjoni tal-ossiġnu

EM

=

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ikkalkulat

OS

=

il-konċentrazzjoni standard tal-ossiġnu

OM

=

il-konċentrazzjoni tal-ossiġnu kkalkulat

PARTI 8

Valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet

1.   Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-arja

1.1.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-arja għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk:

(a) 

l-ebda mill-valuri medji ta’ kull jum ma jaqbżu xi wieħed mill-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Parti 3 jew fil-Parti 4 jew ikkalkulati skont il-Parti 4;

(b) 

jew l-ebda mill-valuri medji ta’ kull nofs siegħa ma jaqbżu l-ebda mill-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-kolonna A tat-tabella fil-punt 1.2 tal-Parti 3 jew, fejn rilevanti, is-97 % tal-valuri medji ta’ kull nofs siegħa matul is-sena ma jaqbżu l-ebda wieħed mill-valuri limitu tal-emissjonijiet imfassla fil-kolonna B tat-tabella fil-punt 1.2 tal-Parti 3;

(c) 

l-ebda mill-valuri medji matul il-perjodu tal-kampjunar stipulati għall-metalli tqal u għad-dijossini u għall-furani ma jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-punti 1.3 u 1.4 tal-Parti 3 jew fil-Parti 4 jew ikkalkulati skont il-Parti 4;

(d) 

għall-monoossidu tal-karbonju (CO):

(i) 

fil-każ tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart:

— 
tal-anqas 97 % tal-valuri medji ta’ kull jum matul is-sena ma jeċċedux il-valur limitu tal-emissjonijiet stipulat fil-punt 1.5(a) tal-Parti 3; u
— 
tal-anqas 95 % tal-valuri kollha fuq għaxar minuti meħuda fi kwalunkwe perijodu ta’ 24 siegħa jew tal-valuri medji kollha ta’ nofs siegħa meħuda fl-istess perijodu ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-punti 1.5(b) u (c) tal-Parti 3; f’każ tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart li fihom il-gass li jirriżulta mill-proċess ta’ inċinerazzjoni jogħla għal temperatura ta’ mill-anqas 1 100  °C għal mill-inqas żewġ sekondi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw perijodu ta’ evalwazzjoni ta’ sebat ijiem għall-valuri medji ta’ 10 minuti;
(ii) 

fil-każ tal-impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart: id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ġew osservati.

1.2.

Il-valuri medji ta’ kull nofs siegħa u l-medji ta’ għaxar minuti għandhom jiġu ddeterminati matul il-ħin tal-ħidma effettiv (il-perjodi ta’ x’ħin jinxtgħel u jintefa’ huma esklużi jekk m’hemmx skart li qiegħed jiġi inċinerat) mill-valuri mkejla wara li jiġi mnaqqas il-valur tal-intervall kunfidenzjali speċifikat fil-punt 1.3 tal-Parti 6. Il-valuri medji ta’ kull jum għandhom jiġu ddeterminati minn dawk il-valuri medji validati.

Biex jinkiseb valur medju validu ta’ kull jum, mhux iżjed mill-valuri medji ta’ ħames nofs sigħat f’kwalunkwe ġurnata m’għandhom jiġu mormija minħabba l-malfunzjoni jew manutenzjoni tas-sistema kontinwa ta’ kejl. Mhux aktar minn għaxar valuri medji kull jum għal kull sena għandhom jiġu mormija minħabba fil-funzjonament ħażin jew minħabba fil-manutenzjoni tas-sistemi kontinwi ta’ kejl.

1.3.

Il-valuri medji matul il-perijodu tal-kampjunament u l-valuri medji fil-każ tal-kejl perjodiku ta’ HF, HCL u SO2 għandhom jiġu ddeterminati skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 45(1)(e) u 48(3) u l-punt 1 tal-Parti 6.

2.   Valuri limitu tal-emissjonijiet fl-ilma

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-ilma għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk:

(a) 

għat-total tas-solidi sospiżi 95 % u 100 % tal-valuri mkejlin ma jaqbżux il-valuri rispettivi limitu tal-emissjonijiet kif stabbilit fil-Parti 5;

(b) 

għall-metalli tqal (Hg, Cd, TI, As, Pb, Cr, Cu, Ni u Zn) mhux aktar minn kejl wieħed fis-sena jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 5; jew, jekk l-Istat Membru jipprovdi għal aktar minn 20 kampjun fis-sena, mhux aktar mill-5 % tal-kampjuni jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 5;

(c) 

għad-dijossini u l-furani, ir-riżultati tal-kejl ma jaqbżux il-valur limitu tal-emissjonijiet stabbilit fil-Parti 5.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.