+ANNESS VII Dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi
|
ANNESS VII Dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi
ANNESS VII
Dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi
PARTI 1
Attivitajiet
|
1.
|
F’kull wieħed mill-punti li ġejjin, l-attività tinkludi t-tindif ta’ tagħmir iżda mhux it-tindif ta’ prodotti sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
|
|
2.
|
Kisi li jwaħħal Kull attività li fiha kolla kienet applikata mal-wiċċ, bl-eċċezzjoni ta’ kisi li jwaħħal u laminati assoċjati ma’ attivitajiet ta’ stampar.
|
|
3.
|
Attività ta’ kisi Kwalunkwe attività li fiha applikazzjoni waħda jew multipla ta’ film kontinwu ta’ kisi hu applikat ma’:
(a)
waħda mill-vetturi li ġejjin:
(i)
karrozzi ġodda, definiti bħala vetturi fil-kategorija M1 fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (
25
), u tal-kategorija N1 sakemm ikunu miksija fl-istess installazzjoni bħall-vetturi M1;
(ii)
kabini tat-trakkijiet, definiti bħala l-alloġġ tas-sewwieq, u alloġġ integrat għat-tagħmir tekniku, ta’ vetturi ta’ kategoriji N2 u N3 fid-Direttiva 2007/46/KE;
(iii)
vannijiet u trakkijiet, definiti bħala vetturi f’kategoriji N1, N2 u N3 fid-Direttiva 2007/46/KE, iżda mhux inklużi kabini tat-trakkijiet;
(iv)
karrozzi tal-linja, definiti bħala vetturi f’kategoriji M2 u M3 fid-Direttiva 2007/46/KE;
(v)
trejlers, definiti f’kategoriji O1, O2, O3 u O4 fid-Direttiva 2007/46/KE;
(b)
uċuħ metalliċi u tal-plastik inkluż uċuħ tal-ajruplani, bastimenti, ferroviji, eċċ.;
(d)
uċuħ tat-tessuti, tad-drapp, tal-film u tal-karti;
Attivitajiet ta’ kisi ma jinkludux il-kisi ta’ sottostrat b’metalli b’metodi tekniċi ta’ sprejjar eletrofertiċi jew kimiċi. Jekk l-attività tal-kisi tinkludi pass li fih l-istess oġġett hu stampat minn kull tip ta’ teknika użata, dak il-pass ta’ stampar hu meqjus Parti mill-attività tal-kisi. Madankollu, attivitajiet tal-istampar imħaddma bħala attività separata m’humiex inklużi, imma jistgħu jkunu koperti mill-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva jekk l-attività tal-istampar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
|
|
4.
|
Kisi tal-kojl Kull attività fejn azzar ikkojljat, stainless steel, azzar miksi, l-liegi tar-ramm jew strixxa tal-aluminju hi miksija jew b’kisi ta’ formazzjoni ta’ film jew laminat bi proċess kontinwu.
|
|
5.
|
Tindif ta’ ħwejjeġ bix-xott Kull attività industrijali jew kummerċjali li jużaw komposti organiċi volatili fi installazzjoni għall-ilbies nadif, għamara u oġġetti simili tal-konsumatur bl-eċċezzjoni ta’ tneħħija manwali ta’ tbajja jew tikkek fl-industrija tal-ilbies u tat-tessuti.
|
|
6.
|
Manifattura tax-xedd ir-riġlejn Kull attività ta’ produzzjoni ta’ xedd ir-riġlejn kompleti jew partijiet tagħhom.
|
|
7.
|
Manifattura ta’ taħlit għal kisi, verniċ, linka u kolla Il-manifattura tal-prodotti finali msemmija hawn fuq, u intermedji kienu maħduma fl-istess sit, permezz ta’ taħlit ta’ pigmenti, reżini u materjali li jwaħħlu b’solventi organiċi jew ġarr ieħor, inklużi attivitajiet ta’ firxa u predispersjoni, aġġustamenti ta’ viskożità u tinta u operazzjonijiet għall-mili bil-prodott finali fil-kontenitur tiegħu.
|
|
8.
|
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi Is-sinteżi kimika, fermentazzjoni, estrazzjoni, formulazzjoni u tlestija ta’ prodotti farmaċewtiċi u fejn maħduma fl-istess post, il-manifattura ta’ prodotti intermedji.
|
|
9.
|
Stampar Kwalunkwe attività ta’ riproduzzjoni ta’ test u/jew immaġni li fiha, bl-użu ta’ ġarr ta’ immaġni, il-linka hi trasferita f’kull tip ta’ wiċċ. Hi tinkludi metodi tekniċi ta’ verniċjar, kisi u laminar. Madankollu, is-sottoproċessi li ġejjin biss huma suġġetti għall-Kapitolu V:
(a)
fleksografija - attività ta’ stampar li tuża ġarr ta’ immaġni jew fotopolimeri tal-gomma jew lasktu fejn iż-żoni ta’ stampar huma fuq iż-żoni li m’għandomx jiġu stampati, bl-użu tal-linka likwida li tinxef permezz ta’ evaporazzjoni;
(b)
heatset web offset - attività ta’ stampar permezz tal-web bl-użu ta’ ġarr tal-immaġni li fiha ż-żona ta’ stampar u ta’ mingħajr stampar huma fl-istess linja, fejn web-fed ifisser li l-materjal li jrid jiġi stampat jingħata lil magna minn rukkell kif distint minn karti separati. Iż-żona fejn ma jsirx stampar huwa trattat sabiex jattira l-ilma u għalhekk jirriġetta l-linka. Iż-żona ta’ stampar hi trattata biex tirċievi u titrażmetti l-linka għall-wiċċ li jrid jiġi stampat. Evaporazzjoni ssir ġo forn fejn tintuża arja sħuna biex issaħħan il-materjal stampat;
(c)
laminazzjoni assoċjata ma’ attività tal-istampar - it-twaħħil flimkien ta’ tnejn jew aktar materji flessibbli biex jipproduċu laminat;
(d)
rotogravure ta’ pubblikazzjoni - attività ta’ stampar rotogravure użata biex tistampa karti għar-rivisti, fuljetti, katalgi u prodotti simili, permezz ta’ linka bbażata fuq it-toluwene;
(e)
rotogravure - attività tal-istampar permezz ta’ ġarr ta’ immaġni ċilindrika li fiha ż-żona ta’ stampar hi taħt iż-żona li mhix stampata, permezz ta’ linka likwida li tinxef permezz ta’ evaporazzjoni. Id-daħliet huma mimlija bil-linka u ż-żejjed huwa mnaddaf minn fuq iż-żona fejn ma jsirx stampar qabel mal-wiċċ li se jiġi stampat imiss maċ-ċilindru u jgħolli l-linka mid-daħliet;
(f)
stampar bl-iskrin li jdur - attività ta’ stampar web-fed li fiha l-linka hi mmexxija fuq il-wiċċ li jrid jiġi stampat billi tisfurzah f’ġarr ta’ immaġni porous, fejn iż-żona ta’ stampar hi miftuħa u ż-żona li mhix stampata hi magħluqa, bl-użu ta’ linka likwida li tinxef biss permezz ta’ evaporazzjoni. Web-fed tfisser li l-materjal li jrid jiġi stampat hu mogħti lil magna minn rukkell kif distint minn karti separati;
(g)
verniċjar - attività li fiha verniċ jew kisi li twaħħal bil-għan li tissiġilla l-materjal ippakkjat hi applikata ma’ materjal flessibbli.
|
|
10.
|
Konverżjoni tal-gomma Kwalunkwe attività ta’ taħlit, dħin, tgħawwiġ, illixxar u vulkanizzar ta’ gomma naturali jew sintetika u kull operazzjoni inċirata għall-konverżjoni ta’ gomma naturali jew sintetika fi prodott lest.
|
|
11.
|
Tindif tal-wiċċ Kwalunkwe attività minbarra tindif ta’ ħwejjeġ bix-xott li tuża solventi orġaniċi biex jitneħħa tniġġis mill-wiċċ ta’ materjal inkluż tneħħija tax-xaħmijiet. Attività ta’ tindif li tikkonsisti minn pass wieħed jew aktar qabel jew wara attività oħra għandhom jiġu kkunsidrati bħala attività ta’ tindif ta’ wiċċ wieħed. Din l-attività ma’ tirriferix għat-tindif ta’ tagħmir imma għat-tindif tal-uċuħ tal-prodotti.
|
|
12.
|
Estrazzjoni taż-żejt veġetali u xaħam tal-annimali u attivitajiet ta’ raffinament taż-żejt veġetali Xaħam tal-annimali: Kwalunkwe attività biex jinġibed żejt veġetali miż-żerriegħa u affarijiet veġetali, l-ipproċessar ta’ residwi niexfa biex jipproduċu ikel tal-annimal, il-purifikazzjoni tax-xaħmijiet u żjut veġetali li ġejjin miż-żerriegħa, affarijiet veġetali u/jew affarijiet tal-annimali.
|
|
13.
|
Rifinizzjoni ta’ vetturi Kwalunkwe attività ta’ kisi industrijali jew kummerċjali u attivitajiet assoċjati ma’ tneħħija tax-xaħmijiet li jagħmlu wieħed milli ġej:
(a)
il-kisi oriġinali tal-vetturi tat-triq kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE jew parti minnhom b’materjali tat-tip ta’ rifinament, fejn dan qed isir ‘il bogħod mil-linja oriġinali ta’ manifattura;
(b)
il-kisi ta’ trejlers (inklużi nofs trejlers) (kategorija O fid-Direttiva 2007/46/KE).
|
|
14.
|
Kisi tal-wajer tat-tkebbib Kwalunkwe attività ta’ kisi ta’ kondutturi metalliċi għall-aggruppar tal-kojl fit-trasformers u muturi, eċċ.
|
|
15.
|
Saturazzjoni tal-injam Kwalunkwe attività li tagħti tgħabbija ta’ preservattiv fl-injam lest biex jinħadem
|
|
16.
|
Laminazzjoni tal-injam jew tal-plastik Kwalunkwe attività biex jitwaħħal flimkien injam u/jew plastik biex jipproduċu prodotti laminati
|
PARTI 2
Limiti minimi u valuri limitu tal-emissjonijiet
Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet fil-gassijiet ta’ skart għandhom jiġu kkalkulati f’temperatura ta’ 273,15 K, u pressjoni ta’ 101,3 kPa
|
|
Attività
(limitu tal-konsum tas-solvent f’tunnelati/sena)
|
Limitu minimu
(Limitu minimu tal-konsum tas-solvent f’tunnelati/sena)
|
Valuri limitu tal-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart (mg C/Nm3)
|
Valuri limitu tal-emissjonijiet maħruba (persentaġġ l-input tas-solvent)
|
Valuri limitu tal-emissjoni totali
|
Dispożizzjonijiet speċjali
|
|
Installazzjonijiet ġodda
|
Installazzjonijiet eżistenti
|
Installazzjonijiet ġodda
|
Installazzjonijiet eżistenti
|
|
1
|
Stampar heatset web offset
(> 15)
|
15—25
> 25
|
100
20
|
30 (1)
30 (1)
|
|
(1) Residwu tas-solvent fi prodott lest m’għandux jitqies bħala Parti mill-emissjonijiet maħruba.
|
|
2
|
Rotogravure tal-pubblikazzjoni
(> 25)
|
|
75
|
10
|
15
|
|
|
|
|
3
|
Rotogravure tal-pubblikazzjoni Rotogravure ieħor, fleksografija, stampar ta’ skrin li jdur, uniti ta’ laminazzjoni jew tal-lustrar (> 15) stampar tal-iskrin li jdur fuq it-tessut/kartonċin (> 30)
|
15—25
> 25
> 30 (1)
|
100
100
100
|
25
20
20
|
|
(1) Limitu minimu għall-istampar ta’ skrin li jdur fuq it-tessut jew kartonċin
|
|
4
|
Tindif tal-wiċċ bl-użu ta’ komposti speċifikati fl-Artikolu 59(5)
(> 1)
|
1—5
> 5
|
20 (1)
20 (1)
|
15
10
|
|
(1) Il- valur limitu jirriferi għall-massa tat-taħlit f’mg/Nm3, u mhux għall-karbonju totali.
|
|
5
|
Tindif tal-wiċċ ieħor
(> 2)
|
2—10
> 10
|
75 (1)
75 (1)
|
20 (1)
15 (1)
|
|
(1) installazzjonijet li juru għall-awtorità kompetenti li l-kontenut medju tas-solvent tal-materjal tat-tindif kollu użat ma’ jaqbiżx it-30 % mill-użin huma eżenti mill-applikazzjoni ta’ dawn il-valuri.
|
|
6
|
Kisi tal-vettura (< 15) u rifiniment tal-vettura
|
> 0,5
|
50 (1)
|
25
|
|
(1) Konformità skont il-punt 2 tal-Parti 8 għandha tintwera bbażata fuq il-kejl medju ta’ 15-il minuta.
|
|
7
|
Kisi tal-kojl
(> 25)
|
|
50 (1)
|
5
|
10
|
|
(1) Għall-installazzjonijiet li jużaw metodi tekniċi li jikkonċedu l-użu mill-ġdid ta’ solventi miġbura, il- valur limitu tal-emissjonijiet għandu jkun 150.
|
|
8
|
Kisi ieħor, inkluż metall, plastik, tessuti(5), drapp, film u kisi tal-karti
(> 5)
|
5—15
> 15
|
100 (1) (4)
50/75 (2) (3) (4)
|
25 (4)
20 (4)
|
|
|
(1) Il-valur limitu tal-emissjonijiet japplika għall-applikazzjoni tal-kisi u għall-proċess tat-tnixxif mħaddem taħt kondizzjonijiet kontenuti.
(2) L-ewwel valur limitu tal-emissjonijiet japplika għall-proċess tat-tnixxif, it-tieni għall-proċessi ta’ applikazzjoni tal-kisi.
|
|
|
|
|
|
|
|
(3) Għall-installazzjonijiet tal-kisi tat-tessuti li jikkonċedu l-użu mill-ġdid ta’ solventi rikoverati, il-valur limitu tal- emissjonijiet applikat għall-applikazzjoni tal-kisi u l-proċess tat-tnixxif meħuda flimkien għandu jkun ta’ 150.
(4) L-attivitajiet tal-kisi li ma jistgħux ikunu mwettqa taħt kondizzjonijiet kontenuti (bħal bini tal-vapuri, u żeba’ tal-inġenji tal-ajru) jistgħu jkunu eżenti minn dawn il-valuri, f’konformità mal-Artikolu 59(3).
(5) Stampar ta’ skrin li jdur fuq it-tessut hu miksi minn attività Nru 3.
|
|
9
|
Kisi tal-wajer tat-tkebbib
(> 5)
|
|
|
|
10 g/kg(1)
5k/kg(2)
|
(1) Tapplika għall-installazzjonijiet fejn id-dijametru medju tal-wajer ≤ 0,1 mm.
(2) Tapplika għall-installazzjonijiet l-oħra kollha.
|
|
10
|
Kisi ta’ uċuħ tal-injam
(> 15)
|
15—25
> 25
|
100 (1)
50/75 (2)
|
25
20
|
|
(1) Il-valur limitu tal-emissjonijiet japplika għall-applikazzjoni tal-kisi u għall-proċess tat-tnixxif mħaddem taħt kondizzjonijiet kontenuti.
(2) L-ewwel valur japplika għall-proċess tat-tnixxif, it-tieni għall-proċess tal-applikazzjoni tal-kisi.
|
|
11
|
Tindif ta’ ħwejjeġ bix-xott
|
|
|
|
20 g/kg(1)(2)
|
(1) Espress fil-massa tas-solvent emmess għal kull kilogramma tal-prodott imnaddaf u mnixxef.
(2) Il- valur limitu tal-emissjonijiet fil-punt 2 tal-Parti 4 ma japplikax għal din l-attività.
|
|
12
|
Saturazzjoni tal-injam
(> 25)
|
|
100 (1)
|
45
|
11 kg/m3
|
(1) Il-valur limitu tal-emissjonijiet ma japplikax għas-saturazzjoni bil-kreosote.
|
|
13
|
Kisi tal-ġilda
(> 10)
|
10—25
> 25
> 10 (1)
|
|
|
85 g/m2
75 g/m2
150 g/m2
|
Il- valur limitu tal-emissjonijiet espressi fi grammi tas-solvent ammess għal kull m2 ta’ prodott magħmul.
(1) Għall-attivitajiet ta’ kisi tal-ġilda fit-tagħmil u oġġetti tal-ġilda partikolari użati bħala oġġetti tal-konsumatur żgħar, bħal basktijiet, ċintorini, kartieri, eċċ.
|
|
14
|
Manifattura tax-xedd ir-riġlejn
(> 5)
|
|
|
|
25 g għal kull par
|
Il-valur limitu tal-emissjonijiet totali huwa espress fi grammi ta’ solvent emess għal kull par ta’ xedd ir-riġlejn prodott.
|
|
15
|
Laminazzjoni tal-injam jew tal-plastik
(> 5)
|
|
|
|
30 g/m2
|
|
|
16
|
Kisi li jwaħħal
(> 5)
|
5—15
> 15
|
50 (1)
50 (1)
|
25
20
|
|
(1) Jekk il-metodi tekniċi huma użati li jikkonċedu l-użu mill-ġdid ta’ solvent miġbur, il-valur limitu tal-emissjoni f’gassijiet ta’skart għandu jkun ta’ 150.
|
|
17
|
Manifattura ta’ taħlit għal kisi, verniċ, linka u kolla
(> 100)
|
100—1 000
> 1 000
|
150
150
|
5
3
|
5 % tal-input tas-solvent
3 % tal-input tas-solvent
|
Il-valur limitu tal-emissjonijiet maħruba ma’ jinkludix solvent mibjugħ bħala parti ta’ preparazzjonijiet ta’ kisi f’kontenitur issiġillat.
|
|
18
|
Konverżjoni tal-gomma
(> 15)
|
|
20 (1)
|
25 (2)
|
25 % tal-input tas-solvent
|
(1) Jekk il-metodi tekniċi huma użati li jikkonċedu l-użu mill-ġdid ta’ solvent miġbur, il-valur limitu tal-emissjoni f’gassijiet ta’skart għandu jkun ta’ 150.
(2) Il-valur limitu l-emissjonijiet maħruba ma’ jinkludix solvent mibjugħ bħala parti ta’ taħlit għal kisi f’kontenitur issiġillat.
|
|
19
|
Estrazzjoni taż-żejt veġetali u xaħam tal-annimali u attivitajiet ta’ raffinament taż-żejt
(> 10)
|
|
|
|
Xaħam tal-annimali: 1.5 kg/tunnelata
Riġnu: 3 kg/tunnelata
Żerriegħa tal-lift: 1 kg/tunnelata
Żerriegħa tal-warda tax-xemx: 1 kg/tunnelata
Fażola tas-sojja (tifrik normali): 0.8 kg/tunnelata
Żerriegħa tas-sojja (frak abjad) 1,2 kg/tunnelata
Żerriegħa u affarijiet veġetali oħrajn: 3 kg/tunnellata metrika (1) 1,5 kg/tunnellata metrika (2) 4 kg/tunnellata metrika (3)
|
(1) Il-valuri limitu tal-emissjonijiet totali għall-istallazzjonijiet li jipproċessaw qabdiet individwali ta’ żerriegħa u affarijiet veġetali oħra għandhom jitqiegħdu mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ każ b’ każ, u japplikawl-aħjar tekniki disponibbli.
(2) Tapplika għall-proċessi ta’ frazzjonazzjoni kollha minbarra degommar (it-tneħħija tal-gomma miż-żejt).
(3) Tapplika għad-degommar.
|
|
20
|
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi
(> 50)
|
|
20 (1)
|
5 (2)
|
15 (2)
|
5 % tal-input tas-solvent
|
15 % tal-input tas-solvent
|
(1) Jekk il-metodi tekniċi huma użati li jikkonċedu l-użu mill-ġdid ta’ solvent miġbur, il-valur limitu tal-emissjoni f’gassijiet ta’skart għandu jkun ta’ 150.
(2) Il-valur tal-emissjonijiet maħruba ma’ jinkludix solvent mibjugħ bħala parti ta’ taħlit għal kisi f’kontenitur issiġillat.
|
PARTI 3
Valuri limitu tal-emissjonijiet għal installazzjonijiet tal-industrija tal-kisi tal-vetturi
|
1.
|
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet totali huma espressi f’termini ta’ grammi ta’ solvent emess f’relazzjoni mal-arja tal-wiċċ ta’ prodott f’metri kwadri u f’kilogrammi ta’ solvent organiku emess f’relazzjoni mal-karozzerija tal-karrozza.
|
|
2.
|
Iż-żona tal-wiċċ ta’ kull prodott maħruġa fit-tabella taħt il-punt 3 hija definita bħala ż-żona tal-wiċċ ikkalkulata miż-żona ta’ kisi elettroforetiku, u l-erja tal-wiċċ ta’ kull parti li jistgħu jiżdiedu mal-frażijiet suċċessivi li ġejjin tal-proċess ta’ kisi li huma miksija bl-istess kisi bħal dawk użati għall-prodott inkwistjoni, jew iż-żona totali tal-wiċċ tal-prodott miksi fl-installazzjoni.
Il-wiċċ taż-żona ta’ kisi elettroforetiku hu kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:
Dan il-metodu għandu wkoll jiġi applikat għall-partijiet miksija l-oħra magħmulha minn folji.
Diżinjar magħmul fuq kompjuter jew metodi ekwivalenti oħra għandhom jintużaw biex jikkalkulaw iż-żona tal-wiċċ tal-partijiet l-oħra miżjuda, jew iż-żona tal-wiċċ totali miksija fl-installazzjoni.
|
|
3.
|
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fit-tabella li ġejja jirriferu għall-istadji kollha tal-proċess magħmulha fl-istess installazzjoni minn kisi elettroforetiku, jew kull tip ta’ proċess ta’ kisi ieħor, mill-illustrar u l-ippolixjar finali tal-kisi ta’ fuq inklussiv, kif ukoll solvent użat fit-tindif tat-tagħmir tal-proċess, inkluż kabini tal-isprejjar u tagħmir fiss ieħor, it-tnejn li huma waqt u barra l-ħin ta’ produzzjoni.
|
Attività
(limitu minimu tal-konsum tas-solvent f’tunnelati/sena)
|
Limitu minimu tal-produzzjoni
(tirriferi għall-produzzjoni annwali tal-oġġett miksi)
|
Valur tal-limitu totali tal-emissjonijiet
|
|
Installazzjonijiet ġodda
|
Installazzjonijiet eżistenti
|
|
Kisi ta’ karrozzi ġodda (> 15)
|
> 5 000
|
45 g/m2 jew 1.3 kg/karrozzerija + 33 g/m2
|
60 g/m2 jew 1.9 kg/karrozzerija + 41 g/m2
|
|
≤ 5 000 monocoque jew > 3 500 chassis-built
|
90 g/m2 jew 1.5 kg/karrozzerija + 70 g/m2
|
90 g/m2 jew 1.5 kg/karrozzerija + 70 g/m2
|
|
|
|
Valur limitu tal-emisjonijiet totali (g/m2)
|
|
Kisi tal-kabini tat-trakkijiet ġodda (> 15)
|
≤ 5 000
|
65
|
85
|
|
> 5 000
|
55
|
75
|
|
Kisi ta’ vannijiet u trakkijiet ġodda (> 15)
|
≤ 2 500
|
90
|
120
|
|
> 2 500
|
70
|
90
|
|
Kisi ta’ karrozzi tal-linja ġodda (> 15)
|
≤ 2 000
|
210
|
290
|
|
> 2 000
|
150
|
225
|
|
|
4.
|
Installazzjonijiet ta’ kisi tal-vetturi taħt il-limiti minimi ta’ konsum tas-solvent imsemmija fit-tabella taħt il-punt 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għas-settur tar-raffinitura tal-vetturi stabbiliti fil-Parti 2.
|
PARTI 4
Valuri limitu tal-emissjonijiet relatati mal-komposti organiċi volatili bi frażijiet tar-risjku speċifiċi
|
1.
|
Għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi volatili msemmija fl-Artikolu 58 fejn il-fluss tal-massa tas-somma tal-komposti li joħolqu t-tikkettjar imsemmi f’dak l-Artikolu huwa akbar minn, jew daqs, 10 g/h, valur limitu tal-emissjonijiet ta’ 2 mg/Nm3 għandu jitħares. Il-valur limitu tal-emissjonijiet jirriferi għas-somma tal-massa tal-komposti individwali.
|
|
2.
|
Għall-emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili aloġenati li huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351, fejn il-fluss massimu tas-somma tal-komposti li tikkawża d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351 hija akbar minn, jew daqs, 100 g/h, għandu jiġi rrispettat valur limitu ta’ emissjonijiet ta’ 20 mg/Nm3. Il-valur limitu tal-emissjonijiet jirriferi għas-somma massima tal-komposti individwali.
|
PARTI 5
Skema ta’ tnaqqis
|
1.
|
L-operatur jista’ juża’ kwalunkwe skema ta’ tnaqqis, imfassla b’mod speċjali għall-installazzjoni tiegħu.
|
|
2.
|
Fil-każ tal-applikazzjoni ta’ kisi, verniċi, kolla jew linka, l-iskema li ġejja tista’ tintuża. Fejn il-metodu li ġej mhux xieraq l-awtorità kompetenti tista’ tħalli operatur japplika skema ta’ alternattiva li tilħaq tnaqqisiet ekwivalenti fl-emissjonijiet għal dawk miksuba jekk il-valuri limitu tal-emissjonijiet fil-Partijiet 2 u 3 jkunu applikati. Id-disinn tal-iskema għandu jieħu konsiderazzjoni tal-fatti li ġejjin:
(a)
fejn sostituti li jkollhom fihom ftit jew l-ebda solvent għadhom qed jiġu żviluppati, għandha tingħata estenzjoni taż-żmien lill-operatur biex jimplimenta l-pjanijiet tat-tnaqqis tal-emissjoni tiegħu;
(b)
il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjoni għandu jikkorrispondi mill-aktar viċin possibbli mal-emissjonijiet li jirriżultaw li ma ħadux azzjoni ta’ tnaqqis.
|
|
3.
|
L-iskema li ġejja għandha titħaddem għall-installazzjonijiet li għalihom jistgħu jiġu maħsuba kontenut solidu u kostanti ta’ prodott:
(a)
L-emissjoni ta’ referenza annwali hi kalkulata kif ġej:
(i)
Il-massa totali ta’ solidi fil-kwantità tal-kisi u/jew linka, verniċ jew kolla konsmata f’sena hi determinata. Solidi huma materjali fil-kisi, linka, verniċ u kolla li jsiru solidi meta jevapora l-ilma jew taħlit volatili organiku.
(ii)
L-emissjonijiet ta’ referenza annwali huma kalkulati billi tkun multiplikata l-massa determinata f’(i) mill-fattur xieraq imniżżel fit-tabella hawn taħt. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dawn il-fatturi għall-installazzjonijiet individwali biex jirriflettu effiċjenza miżjuda dokumentata fl-użu ta’ solidi.
|
Attività
|
Fattur ta’ multiplikazzjoni għall-użu fil-punt (a)(ii)
|
|
Stampar rotogravure; stampar tal-fleksografija; laminazzjoni bħala parti ta’ attività tal-istampar; verniċjar bħala parti ta’ attività tal-istampar; kisi tal-injam; kisi tat-tessuti, film tad-drapp jew tal-karta; kisi jwaħħal
|
4
|
|
Kisi tal-kojl, rifiniment tal-vettura
|
3
|
|
Kisi ta’ kuntatt mal-ikel, kisi aerospazjali
|
2,33
|
|
Kisi ieħor u stampar bl-iskrin li jdur
|
1,5
|
(b)
L-emissjoni mmirata hi daqs l-emissjoni ta’ referenza annwali multiplikata minn persentaġġ daqs:
(i)
(il-valur limitu tal-emissjonijiet maħruba + 15), għall-installazzjonijiet li jaqgħu mal-filliera 6 u l-grupp tal-għetiebi tal-limiti baxxi ta’ fillieri 8 u 10 tal-Parti 2,
(ii)
(il-valur limitu ta’ emissjonijiet maħruba + 5) għal kull installazzjonijiet oħrajn.
(c)
Konformità tintlaħaq jekk l-emissjoni tas-solvent attwali determinata mill-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent hi inqas jew daqs l-emissjoni mmirata.
|
PARTI 6
Monitoraġġ tal-emissjonijiet
|
1.
|
Kanali li għalihom tagħmir ta’ tnaqqis hu mqabbad, u li fil-punti finali tar-rimi jemetti aktar mill-medja ta’ 10 kg/h karbonju organiku totali, għandhom ikunu mmonitorjati kontinwament għall-konformità.
|
|
2.
|
Fil-każijiet l-oħra, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kejl kontinwu jew perjodiku. Għall-kejl perijodiku minn tal-inqas tliet valuri ta’ kejl għandhom jinkisbu waqt kull eżerċizzju ta’ kejl.
|
|
3.
|
Il-kejl m’huwiex meħtieġ fil-każ fejn tagħmir ta’ tnaqqis end-of-pipe mhux meħtieġ biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva.
|
PARTI 7
Pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent
1. Prinċipji
Il-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent għandu jintuża biex:
(a)
tiġi vverifikata l-konformità kif speċifikati fl-Artikolu 62;
(b)
jiġu identifikati l-għażliet ta’ tnaqqis futuri;
(c)
tiġi permessal-provvista ta’ informazzjoni dwar konsum tas-solventi, emissjonijiet tas-solventi u konformità ma r-rekwiżiti tal-Kapitolu V għall-pubbliku.
2. Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet li ġejjin jipprovdu qafas għall-eżerċizzju tal-bilanċ tal-massa.
Inputs ta’ solventi organiċi (I):
|
I1.
|
Il-kwantità ta’ solventi organiċi jew il-kwantità tagħhom f’taħlitiet mixtrija li huma użati bħala input fil-proċess fil-qafas taż-żmien li fuqu l-bilanċ tal-massa qed jiġi kkalkulat.
|
|
I2.
|
Il-kwantità ta’ solventi organiċi jew il-kwantità tagħhom f’taħlitiet miġbura u li reġgħu ġew użati bħala input tas-solvent fil-proċess. Is-solvent riċiklat hu magħdud kull darba li jkun użat biex issir l-attività.
|
Output ta’ solventi organiċi (O):
|
O1
|
Emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart.
|
|
O2
|
Solventi organiċi mitlufa fl-ilma, b’kunsiderazzjoni tat-trattament tad-dranaġġ meta qed jiġi kkalkulat l-O5.
|
|
O3
|
Il-kwantità ta’ solventi organiċi li jibqgħu bħala tniġġis jew residwi fl-output ta’ prodotti mill-proċess.
|
|
O4
|
Emissjonijiet m’hux maqbuda ta’ solventi organiċi fl-arja. Dan jinkludi l-ventilazzjoni fil-kmamar, fejn arja hi maħruġa fl-ambjent ta’ barra permezz ta’ twieqi, bibien, ventilaturi u fetħiet simili.
|
|
O5
|
Solventi organiċi u/jew komposti organiċi mitlufa minħabba reazzjonijiet kimiċi jew fiżiċi (inkluż dawk li huma meqruda, permezz ta’ inċinerazzjoni jew gass li ġej mill-iskart ieħor jew trattamenti tal-ilma tal-iskart, jew maqbuda, sakemm m’humiex magħduda taħt O6, O7 jew O8).
|
|
O6
|
Solventi organiċi fi skart miġbur.
|
|
O7
|
Solventi organiċi, jew solventi organiċi kontenuti f’taħlitiet li huma mibjugħa jew huma maħsuba biex jinbiegħu bħala prodott prezzjuż kummerċjali.
|
|
O8
|
Solventi organiċi kontenuti f’taħlitiet miġbura biex jerġgħu jintużaw iżda mhux bħala input fil-proċess, sakemm m’humiex magħduda taħt O7.
|
|
O9
|
Solventi organiċi meħlusa f’modi oħra.
|
|
3.
|
Użu tal-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent għall-verifika tal-konformità.
L-użu magħmul mill-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent għandu jiġi ddeterminat minn ħtieġa partikolari li għandu jiġi vverifikat, kif ġej:
(a)
verifika tal-konformità mal-iskema tat-tnaqqis stabbilita fil-Parti 5, b’valur limitu totali tal-emissjonijiet attwali espress f’emissjonijiet tas-solvent għal kull unità tal-prodott, jew kif imsemmi fil-Partijiet 2 u 3.
(i)
għall-attivitajiet kollha li jużaw l-iskemi ta’ tnaqqis stabbiliti fil-Parti 5, il-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solventi għandu jitfassal kull sena biex jiġi determinat il-konsum (C). Il-konsum għandu jiġi kkalkulat skont l-ekwazzjoni li ġejja:
C = I1 - O8
Eżerċizzju parallel għandu jsir ukoll biex jiddetermina solidi użati fil-kisi sabiex toħroġ l-emissjoni ta’ referenza annwali u l-emissjoni mmirata ta’ kull sena.
(ii)
għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valur limitu tal-emissjonijiet espressa f’emissjonijiet tas-solvent għal kull unità tal-prodott jew kif imsemmi fil-Partijiet 2 u 3, il-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent għandu jitfassal kull sena biex jiddetermina l-emissjonijiet (E). L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:
E = F + O1
Fejn F hija l-emissjoni maħruba definita fil-punt (b)(i). Iċ-ċifra tal-emissjoni għandha tiġi diviża bil-parametru tal-prodott rilevanti.
(iii)
għall-istima tal-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 59(6), il-pjan ta’ mmaniġġjar tas-solvent għandu jitfassal kull sena biex jiddetermina l-emissjonijiet totali mill-attivitajiet kollha konċernati, u dik il-figura għandha mbagħad titqabbel mal-emissjonijiet totali li kienu jirriżultaw kieku ġew sodisfatti r-rekwiżiti tal-Partijiet 2, 3 u 5 għal kull attività separatament.
(b)
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet maħruba għal tqabbil mal-valuri limitu tal-emissjonijiet maħruba fil-Parti 2:
(i)
L-emissjonijiet maħruba għandhom jiġu kkalkulati skont waħda mill-ekwazzjonijiet li ġejjin:
F = I1 – O1 – O5 – O6 – O7 – O8
jew
F = O2 + O3 + O4 + O9
F għandha tiġi determinata jew minn miżuri diretti tal-kwantitajiet jew permezz ta’ metodu jew kalkolu ekwivalenti, pereżempju, billi tintuża l-effettività tal-qabda tal-proċess.
Il-valur limitu tal-emissjonijiet maħruba hu espress bħala proporzjon tal-input, li għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
I = I1 + I2
(ii)
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet maħruba għandha ssir minn ġabra qasira imma komprensiva ta’ miżuri u m’hemmx bżonn li terġa’ ssir sakemm it-tagħmir ikun modifikat.
|
PARTI 8
Valutazzjoni tal-konformità ma’ valuri limitu tal-emissjonijiet fil-gassijiet ta’ skart
|
1.
|
Fil-każ ta’ miżuri kontinwi l-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu kunsidrati li tħarsu jekk:
(a)
l-ebda medja aritmetika tal-qari validu kollu meħud tul kwalunkwe perijodu ta’ 24 siegħa tat-tħaddim ta’ installazzjoni jew attività ħlief l-operazzjonijiet ta’ bidu tat-tħaddim u ta’ tifi u l-manutenzjoni tat-tagħmir jaqbżu l-valuri limiti tal-emissjonijiet,
(b)
l-ebda medju ta’ kull siegħa ma jaqbeż il-valuri limiti ta’ emissjoni b’aktar minn fattur ta’ 1,5.
|
|
2.
|
Fil-każ ta’ miżuri perjodiċi l-valuri limiti tal-emissjonijiet għandhom jiġu kunsidrati biex jinħarsu jekk, f’eżerċizzju ta’ kontroll wieħed:
(a)
il-medja tal-valuri tal-kejl kollha ma taqbiżx il-valuri limitu tal-emissjonijiet,
(b)
l-ebda medja ta’ kull siegħa ma taqbeż il-valur limitu tal-emissjonijiet b’aktar minn fattur ta’ 1,5.
|
|
3.
|
Il-konformità mal-Parti 4 għandha tiġi vverifikata fuq il-bażi tas-somma tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-komposti volatili organiċi kkonċernati. Għall-każijiet l-oħra kollha, il-konformità għandha tiġi vverifikata fuq il-bażi tal-massa totali ta’ karbonju organiku emess sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Parti 2.
|
|
4.
|
Jistgħu jiżdiedu volumi ta’ gass mal-gass skart użat għal tkessiħ jew taħlit fejn ikun teknikament ġustifikat, iżda m’għandux jiġi kunsidrat meta tiġi determinata l-konċentrazzjoni massa tal-kontaminant fil-gass ta’ skart.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|