+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istadji kollha:

(a)

tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat meta l-fjuwil użat jirriżulta minn attivitajiet ċivili;

(b)

tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi, meta l-iskart radjuattiv jirriżulta minn attivitajiet ċivili.

Artikolu 2 2

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika:

(a)

għall-iskart minn industriji ta’ estrazzjoni li jista’ jkun radjuattiv u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE;

(b)

rilaxxi awtorizzati.

Artikolu 2 3

3.   L-Artikolu 4(4) ta’ din id-Direttiva ma għandux japplika:

(a)

għar-ripatrijazzjoni ta’ sorsi ssiġillati mhux użati lil fornitur jew manifattur;

(b)

għall-vjeġġi ta’ fjuwil użat ta’ reatturi ta’ riċerka lejn pajjiż fejn fjuwil għal reatturi ta’ riċerka jiġi fornut jew immanifatturat, b’konsiderazzjoni għall-ftehimiet internazzjonali applikabbli;

(c)

għall-iskart u l-fjuwil użat tal-impjant tal-enerġija nukleari eżistenti ta’ Krško, meta jikkonċerna vjeġġi bejn is-Slovenja u l-Kroazja.

Artikolu 2 4

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ Stat Membru jew impriża f’dak l-Istat Membru li jirritorna l-iskart radjuattiv wara l-ipproċessar lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu meta:

(a)

ikun ser isir vjeġġ ta’ skart radjuattiv lejn dak l-Istat Membru jew l-impriża biex jiġi pproċessat; jew

(b)

ikun ser isir vjeġġ ta’ materjal ieħor lejn dak l-Istat Membru jew l-impriża bl-iskop tal-irkupru tal-iskart radjuattiv.

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ Stat Membru jew ta’ impriża f’dak l-Istat Membru li fih ikun ser isiru vjeġġi ta’ fjuwil użat għat-trattament jew ir-riproċessar, li jibgħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu skart radjuattiv irkuprat mill-operazzjoni ta’ trattament jew riproċessar, jew ekwivalenti maqbul.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.