4. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ Stat Membru jew impriża f’dak l-Istat Membru li jirritorna l-iskart radjuattiv wara l-ipproċessar lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu meta:
|
(a)
|
ikun ser isir vjeġġ ta’ skart radjuattiv lejn dak l-Istat Membru jew l-impriża biex jiġi pproċessat; jew
|
|
(b)
|
ikun ser isir vjeġġ ta’ materjal ieħor lejn dak l-Istat Membru jew l-impriża bl-iskop tal-irkupru tal-iskart radjuattiv.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ Stat Membru jew ta’ impriża f’dak l-Istat Membru li fih ikun ser isiru vjeġġi ta’ fjuwil użat għat-trattament jew ir-riproċessar, li jibgħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu skart radjuattiv irkuprat mill-operazzjoni ta’ trattament jew riproċessar, jew ekwivalenti maqbul.