+Artikolu 5a In-negozjar algoritmiku
---+Artikolu 5a 1.
---+Artikolu 5a 2.
---+Artikolu 5a 3.
---+Artikolu 5a 4.

Artikolu 5a In-negozjar algoritmiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5a 1.
Parteċipant fis-suq li jinvolvi ruħu f’negozjar algoritmiku għandu jkollu fis-seħħ sistemi effettivi u kontrolli tar-riskju xierqa għan-negozju li jopera biex jiżgura li s-sistemi tan-negozjar tiegħu jkunu reżiljenti u jkollhom kapaċità biżżejjed, ikunu soġġetti għal livelli massimi u limiti xierqa tan-negozjar, u jevitaw li jintbagħtu ordnijiet żbaljati għan-negozjar jew inkella li jiffunzjonaw b’mod li jista’ joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat. Il-parteċipant fis-suq għandu jkollu fis-seħħ ukoll sistemi effettivi u kontrolli tar-riskju biex jiżgura li s-sistemi tan-negozjar ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ OMP li miegħu jkun konness. Il-parteċipant fis-suq għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti effettivi tal-kontinwità tal-operat biex jindirizza kull falliment tas-sistemi tan-negozjar tiegħu u għandu jiżgura li s-sistemi tiegħu jiġu ttestjati għalkollox u monitorjati sew biex ikun żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.
Artikolu 5a 2.
Parteċipant fis-suq li jipparteċipa f’negozjar algoritmiku fi Stat Membru għandu jinnotifika dak l-involviment lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun reġistrat skont l-Artikolu 9(1) u lill-Aġenzija.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun reġistrat skont l-Artikolu 9(1) tista’ titlob lill-parteċipant fis-suq jipprovdi, b’mod regolari jew ad hoc, deskrizzjoni tan-natura tal-istrateġiji tan-negozjar algoritmiku tiegħu, dettalji tal-parametri tan-negozjar jew limiti li għalihom tkun soġġetta s-sistema tan-negozjar, kontrolli ewlenin tal-konformità u tar-riskju li huma fis-seħħ biex jiżgura li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, u dettalji dwar l-ittestjar tas-sistemi tan-negozjar tiegħu.

Il-parteċipant fis-suq għandu jagħmel arranġamenti biex jinżammu rekords għal ħames snin b’rabta mal-kwistjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu u għandu jiżgura li dawk ir-rekords ikunu biżżejjed biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun irreġistrat skont l-Artikolu 9(1) tkun tista’ timmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5a 3.
Parteċipant fis-suq li jipprovdi aċċess elettroniku dirett lil OMP għandu jinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun reġistrat skont l-Artikolu 9(1) u lill-Aġenzija kif meħtieġ.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal- Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun reġistrat skont l-Artikolu 9(1) tista’ titlob lill-parteċipant fis-suq jipprovdi, fuq bażi regolari jew ad hoc, deskrizzjoni tas-sistemi u l-kontrolli tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u evidenza li dawk ikunu ġew applikati.

Il-parteċipant fis-suq għandu jagħmel arranġamenti biex jinżammu rekords għal ħames snin b’rabta mal-kwistjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu u għandu jiżgura li dawk ir-rekords ikunu biżżejjed biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun irreġistrat skont l-Artikolu 9(1) tiegħu tkun tista’ timmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5a 4.
Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.